Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI It-Teatru Manoel iniedi l-ewwel produzzjoni in-house - Sweeney Todd: The Demon Barber of Fleet Street

pr220791
Date Icon 14/06/2022

It-Teatru Manoel nieda uffiċjalment il-produzzjoni li jmiss li ġġib l-isem ta' Sweeney Todd: The Demon Barber of Fleet Street.


Il-ftuħ tas-separju ta' din il-produzzjoni fit-Teatru Manoel se jkun fis-17 ta' Lulju li ġej. Dan se jkun l-ewwel produzzjoni mużikali in-house ta' dan it-teatru.  Sweeney Todd huwa xogħol mill-pinna tal-kompożitur ċelebri Stephen Sondheim, li miet is-sena li għaddiet, u kiseb suċċess internazzjonali kif ukoll diversi premjijiet. 

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici aċċenna għall-importanza ta' inizjattivi ta' dan it-tip, għaliex ipoġġu fuq quddiem it-teatru fil-qalba tal-ekosistema kreattiva ta' pajjiżna. “Permezz ta' produzzjonijiet in-house se nkompli inrawwmu aktar imħabba lejn it-teatru," qal il-Ministru Bonnici.

Il-Kap Eżekuttiv tat-Teatru Manoel Massimo Zammit fid-diskors tiegħu qal “It-teatru għandu storja twila ta' produzzjonijiet, u aħna kburin li qed nospitaw l-ewwel produzzjoni tagħna in-house. Il-produzzjoni hija magħmula minn atturi u tim ta' produzzjoni lokali, li jinkludi kostumi u set  mibni mit-tim tat-Teatru Manoel, inkluż il-famuż 'barber's chair'."

Din il-produzzjoni ser tara uħud mill-aqwa artisti tat-teatru mużikali ta' Malta taħt id-direzzjoni ta' Lucienne Camilleri, b'direzzjoni mużikali ta' Ryan Paul Abela. Roger Tirazona se jinterpreta il-parti prinċipali ta' Sweeney Todd, flimkien ma' Kateriana Fenech bħala Mrs Lovett, bis-sehem ta' aktar atturi fosthom Stephen Oliver, Jasmine Farrugia, Ryan Grech, Gianluca Cilia, Noel Zarb, Stefania Grech Vella u Karl Bartolo.

Sweeney Todd: The Demon Barber of Fleet Street se tittella' fis-17, 18, 19, 20, 21, u 22 ta' Lulju 2022 fit-8 pm, fit-23 ta' Lulju fit-3 pm u fit-8 pm, u fl-24 ta' Lulju fit-3 pm u fit-8. pm, għall-membri tal-udjenza minn tnax-il sena 'l fuq. Biljetti jistgħu jinkisbu permezz ta' email lil bookings@teatrumanoel.mt jew bit-telefon fuq (+356) 21246389. Wieħed jista' jixtri l-biljetti online fuq www.teatrumanoel.mt

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI It-Teatru Manoel iniedi l-ewwel produzzjoni in-house - Sweeney Todd: The Demon Barber of Fleet Street
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI It-Teatru Manoel iniedi l-ewwel produzzjoni in-house - Sweeney Todd: The Demon Barber of Fleet Street
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI It-Teatru Manoel iniedi l-ewwel produzzjoni in-house - Sweeney Todd: The Demon Barber of Fleet Street
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow