STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU ELETTORALI
pr220782
14/06/2022
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta':
Triq l-Imtarfa, L-Imtarfa u
Triq Għajn Rasul, San Pawl il-Baħar
li l-bibien f'dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-10 ta' Ġunju, 2022, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mill-10 ta' Ġunju, 2022.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946