Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Strateġija u Patt Ewropew favur il-gżejjer

pr220756
Date Icon 08/06/2022

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri attenda u pparteċipa f'sessjoni plenarja fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu, fejn ġie diskuss ir-rapport dwar Strateġija u Patt Ewropew favur il-gżejjer fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

Fl-indirizz tiegħu, il-Ministru Camilleri faħħar din l-inizjattiva, hekk kif elenka li kien wasal iż-żmien li l-Unjoni Ewropea tindirizza l-isfidi li qed jiffaċċjaw il-gżejjer fi ħdanha, speċjalment dawk li huma fil-periferija tal-istess unjoni.

Il-Ministru Camilleri sostna li l-effetti fuq il-klima diġà bdew jinħassu u li l-gżejjer huma l-aktar suxxettibbili għal dan il-fenomenu li kull ma jmur qed nesperjenzaw temperaturi għolja u li qed iwasslu għal effetti devastanti fuq l-ekosistema fraġli tal-gżejjer. Filwaqt li faħħar l-isforzi li qed tagħmel l-Unjoni Ewropea, il-Ministru rrimarka li l-gżejjer għandhom jingħataw attenzjoni speċifika f'dan ir-rigward peress li kull gżira toffri sfidi partikolari.

Il-Ministru semma wkoll l-isfida tal-aċċessibilità li hija fundamentali sabiex il-gżejjer ikollhom aċċess liberu mal-kumplament tal-Ewropa, speċjalment fil-każ ta' Għawdex, li jaffaċċja l-problema tal-insularità doppja. Huwa elenka l-isforzi li qed jagħmel il-Gvern Malti fuq dan l-għan, fejn tul dawn l-aħħar snin l-aċċessibilità bejn il-gżejjer ingħatat prijorità. 

“Huwa ferm importanti li aktar attenzjoni tingħata lill-gżejjer sabiex jiġu indirizzati dawn l-isfidi li kull ma jmur qed ikomplu joħolqu pressjoni fuq il-fraġilità tal-gżejjer. Infaħħar dan il-pass li qed nieħdu llum, fejn dan ir-rapport mhux biss jelenka l-isfidi imma b'mod konkret qed jitlob lill-istess Unjoni Ewropea biex tagħti aktar attenzjoni lill-istess gżejjer. Konvint li permezz ta' dan ir-rapport, se nkunu lkoll flimkien qed nagħmlu pass meqjus 'il quddiem," ikkonkluda l-Ministru Clint Camilleri.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow