Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Fuq il-Baħar, Moħħok Hemm – titnieda kampanja edukattiva għal imġieba xierqa u prudenti fuq il-baħar

pr220742
Date Icon 04/06/2022

Is-sajf Malti jġib miegħu influss qawwi ta' nies li jagħmlu użu mill-kosta tagħna biex iqattgħu ftit tal-ħin ħdejn il-baħar. B'hekk huwa importanti li wieħed igawdi dawn iż-żoni b'mod xieraq u prudenti, mingħajr ma jkun ta' periklu għalih jew għal nies oħra madwaru.

Hekk stqarr il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia waqt tnedija ta' kampanja edukattiva li se tkun qed titmexxa minn Transport Malta (TM) bl-isem ta' Fuq il-Baħar, Moħħok Hemm. L-iskop ewlieni ta' din il-kampanja huwa li toħloq għarfien ta' kif wieħed jista' jġib ruħu b'mod xieraq u prudenti fuq il-baħar - b'mod speċjali tul ix-xhur tas-sajf.

Il-Ministru Farrugia qal li filwaqt li l-edukazzjoni hija importanti, l-infurzar jassigura li r-regoli qed jiġu segwiti u b'hekk irringrazzja lill-uffiċjali tal-Infurzar Marittimu ta' Transport Malta li jaħdmu qatigħ b'mod speċjali tul ix-xhur tas-sajf biex iżommu l-ibħra Maltin siguri. Ħafna minn dan ix-xogħol iġib miegħu ħinijiet twal 'il bogħod mill-familja u f'temp li ma jgħinx biex wieħed jaħdem fuq barra. Il-Ministru saħaq ukoll li l-gvern huwa kommess li jaħdem fuq kull livell biex tiżdied is-sigurtà u rrimarka li l-imġiba kollettiva hija essenzjali kemm fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art.

Il-kampanja ta' din is-sena se tkun qed tiffoka fuq dawn il-punti:

1) L-użu tal-life jackets

2) L-użu xieraq ta' mollijiet u slipways

3) L-Avviżi lill-Baħħara

4) Il-fairways

5) L-immaniġġjar tal-iskart fuq il-baħar

6) Id-daqq ta' mużika fuq il-baħar

7) Veloċità eċċessiva

8) L-użu xieraq ta' swimmer designated zones

9) L-irbit tad-dgħajjes

10) It-trasport ta' dgħajsa fuq karru

11) L-użu xieraq tal-kill chord

12) It-tindif tad-dgħajsa.

Din l-attività ġiet indirizzata ukoll mid-Direttur tal-Infurzar Marittimu fi ħdan TM Patrick Pollacco u għaliha attendew ukoll d-Deputat Kap Eżekuttiv Kevin Farrugia, Manager fid-Direttorat tal-Infurzar Rudolph Muscat u numru ta' uffiċjali tal-infurzar marittimu.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Fuq il-Baħar, Moħħok Hemm – titnieda kampanja edukattiva għal imġieba xierqa u prudenti fuq il-baħar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Fuq il-Baħar, Moħħok Hemm – titnieda kampanja edukattiva għal imġieba xierqa u prudenti fuq il-baħar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Fuq il-Baħar, Moħħok Hemm – titnieda kampanja edukattiva għal imġieba xierqa u prudenti fuq il-baħar
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow