Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Ħatra ta’ kap eżekuttiv għall-Awtorità dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni

pr220733
Date Icon 03/06/2022

Il-Bord tal-Awtorità dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni llum ħatar lis-Sur Jesmond Muscat bħala Kap Eżekuttiv ġdid tal-Awtorità.

Is-Sur Muscat inħatar f'din il-kariga wara li l-Kap Eżekuttiv preżenti, is-Sur Karl Azzopardi, temm il-ħatra tiegħu.

Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi rringrazzja lis-Sur Azzopardi għall-ħidma tiegħu f'din l-awtorità minn meta twaqqfet ftit aktar minn sena ilu, u awgura lis-Sur Muscat fl-okkażjoni tal-ħatra tiegħu.

Is-Sur Muscat għandu karriera twila fil-qasam tal-ippjanar u l-kostruzzjoni u ħadem għal snin twal f'diversi taqsimiet tal-Awtorità tal-Ippjanar u anke mal-awtorità tat-trasport. Huwa ggradwa b'Baċellerat tax-Xjenza fl-Ippjanar Ambjentali u r-Riġenerazzjoni Urbana mill-University of Central England, f'Birmingham.

Fil-karriera tiegħu mal-Awtorità tal-Ippjanar, is-Sur Muscat ħadem fit-Taqsima tal-Ippjanar Strateġiku u fit-Taqsima tal-Proġetti Maġġuri. Huwa ħadem ukoll fil-qasam tal-Housing u aktar tard inħatar Deputy Chief Officer fi Transport Malta.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Ħatra ta’ kap eżekuttiv għall-Awtorità dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow