Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX 33 għaqda volontarja jgawdu minn skemi biex jagħmlu proġetti fil-komunità

pr220730
Date Icon 02/06/2022

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ppreżenta aktar minn €160,000 lill-għaqdiet volontarji li kienu applikaw għall-għajnuna taħt l-iskemi 'Ministry for Gozo Non-Governmental Organisations Assistance Scheme' u 'Promotion of Sports Initiatives and Facilities Scheme'rispettivament.

Il-Ministru Camilleri qal li sa minn meta l-Ministeru għal Għawdex introduċa dawn it-tip ta' skemi, għexieren ta' għaqdiet volontarji bbenefikaw u wettqu proġetti innovattivi li missew il-ħajja tan-nies b'mod pożittiv. Il-Ministru saħaq li dawn l-iskemi huma intiżi biex jassistu lill-għaqdiet volontarji li jkunu se jimplimentaw xi proġetti, avvenimenti u inizjattivi f'Għawdex u huma amministrati b'mod trasparenti u regolarizzati.

Il-Ministru qal  li b'kollox il-Ministeru rċieva xejn inqas minn 48 applikazzjoni. 33 għaqda bbenefikaw sa massimu ta' ħamest elef ewro (€5000). “Dawn l-għaqdiet kienu jissodisfaw il-kriterji hekk kif stabbiliti kemm fil-Linji Gwida kif ukoll mill-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji," kompla il-Ministru Camilleri.

L-għanijiet ta' dawn l-iskemi huma li jtejbu t-tessut soċjali, kulturali u ambjentali ta' Għawdex, kif ukoll it-titjib tal-faċilitajiet sportivi u l-organizzazzjoni ta' avvenimenti sportivi f'Għawdex. L-iskemi saru wkoll biex jippromwovu u jinkoraġġixxu kultura ta' volontarjat u parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' volontarjat fi ħdan is-soċjetà Għawdxija, kif ukoll jistimulaw il-kooperazzjoni u networking, kemm bejn l-organizzazzjonijiet volontarji bejniethom, kif ukoll mal-Ministeru għal Għawdex.

Il-Ministru għal Għawdex faħħar l-operat ta' dawn l-għaqdiet għall-kontribut siewi li jagħtu lis-soċjetà Għawdxija in ġenerali, u saħaq kif il-Gvern għandu l-obbligu li jsostni u jassisti lis-settur tal-volontarjat.

“Inħares 'il quddiem li fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, il-Ministeru għal Għawdex iniedi aktar skemi ta' din ix-xorta biex dan is-settur ferm importanti għal Għawdex jibqa'  jissaħħaħ, jiffjorixxi u jilħaq aktar nies," ikkonkluda l-Ministru Clint Camilleri.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX 33 għaqda volontarja jgawdu minn skemi biex jagħmlu proġetti fil-komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX 33 għaqda volontarja jgawdu minn skemi biex jagħmlu proġetti fil-komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX 33 għaqda volontarja jgawdu minn skemi biex jagħmlu proġetti fil-komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX 33 għaqda volontarja jgawdu minn skemi biex jagħmlu proġetti fil-komunità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow