STQARRIJA MINN SERVIZZ.GOV Għas-Servizz Tiegħek – Pubblikazzjoni Annwali tal-2021 maħruġa minn servizz.gov
Wara ħafna ħidma, inkitbet it-tieni pubblikazzjoni annwali ta' din l-aġenzija bit-titlu Għas-Servizz Tiegħek, li fiha wieħed jista' jsib informazzjoni u żviluppi li saru f'din l-aħħar sena tal-2021.
L-għan u l-ambitu ta' din l-aġenzija huma li tagħmel is-servizzi iktar aċċessibbli. L-aġenzija taspira li dejjem tkun disponibbli għaċ-ċittadin b'kull mezz possibbli, wiċċ'imb wiċċ, fuq it-telefon, jew inkella online minn fuq kompjuter, u anke minn fuq mobile. Din il-pubblikazzjoni turi kif servizz.gov għamlet progressi kbar fuq il-Freephone 153, fl-24 ċentru mxerrdin madwar Malta kif ukoll fuq is-servizzi offruti online fuq is-sit elettroniku www.servizz.gov.mt u fuq l-mobile app maltapps. Barra minn hekk, din il-pubblikazzjoni tiffoka wkoll fuq il-proġetti li ħa jkunu qed isiru matul din is-sena u fis-snin li ġejjin.
Jekk inti interessat/a li taqra iktar dwar servizz.gov u kif din l-aġenzija qed tistinka biex ittejjeb il-kwalità tas-servizzi governattivi, tista' tidħol fuq is-sit elettroniku servizz.gov (https://www.servizz.gov.mt/mt/Pages/Servizz/About%20Us/default.aspx) jew inkella fuq il-paġna ta' Facebook.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946