AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li minħabba l-preżenza ta' kontaminazzjoni mikrobijoloġika li affettwat il-kwalità tal-ilma tajjeb għall-għawm, u li tippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema fi Triq Wilġa, San Ġiljan (Kodiċi tas-Sit B 05), bħala prekawzjoni u sakemm jitneħħa l-inkonvenjent, mhux rakkomandat li jsir għawm f'din iż-żona. L-investigazzjonijiet mill-uffiċjali tal-istess direttorat rigward din il-problema għadhom għaddejjin.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mis-7:30 ta' filgħodu sat-3:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt, wrau.ehd@gov.mt u complaints.ehd@gov.mt. Il-pubbliku jista' wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera.
Il-pubbliku jista ukoll iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook
http://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626 jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Health-Inspectorate/WRAU/Pages/Bathing-Water-Press-Releases.aspx għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946