Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI Jibda t-twettiq tal-istrateġija l-ġdida tas-Servizz Pubbliku għall-ħames snin li ġejjin

pr220547
Date Icon 03/05/2022

45 miżura li bit-twettiq tagħhom is-Servizz Pubbliku jasal għal wieħed ta' eċċellenza

L-istrateġija l-ġdida tas-Servizz Pubbliku għall-ħames snin li ġejjin bdiet tiġi implimentata permezz ta' konferenza li saret illum bħala parti mill-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2022, bit-tema 'Ninvestu fil-Kwalità'. Il-konferenza ffokat fuq l-Intelliġenza Artifiċjali, id-Dejta u l-Informazzjoni, u l-Faċilizzazzjoni tas-Servizz, bil-parteċipanti jinqasmu f'cohorts li ddiskutew il-miżuri elenkati fl-istrateġija li huma marbutin ma' dawn l-oqsma.

F'diskors li għamel fil-bidu tal-konferenza, is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar qal li l-istrateġija “Lejn Servizz ta' Eċċellenza" fiha 45 miżura li jkomplu jibnu fuq dak li twettaq f'dawn l-aħħar disa' snin biex is-Servizz Pubbliku jasal għal wieħed ta' eċċellenza. Fost il-miżuri diskussi llum kien hemm ir-rwol tal-Intelliġenza Artifiċjali fis-Servizz Pubbliku, il-kejl u titjib tal-kunċett 'First Contact Resolution' biex klijent jinqeda mill-ewwel, u t-twettiq ta' miżuri oħra bħall-Once Only Principle, fejn klijent jagħti l-informazzjoni dwaru nnifsu darba biss, u mhux jirrepeti l-istess informazzjoni fuq formoli varji għal servizzi differenti.

Is-Sur Cutajar qal li l-possibbiltajiet li tiftaħ it-teknoloġija huma bla limitu u l-benefiċċji tagħha jinkludu servizz personalizzat, proċessi eħfef u deċiżjonijiet aktar infurmati għax imsejsin fuq dejta xjentifika. Ix-xogħol kbir li sar f'dawn l-aħħar disa' snin biex is-Servizz Pubbliku ma jibqax sors ta' taħbil il-moħħ għall-klijenti iżda jaqdihom f'kull ħin u minn kullimkien, huwa dovut fil-parti l-kbira għall-investiment bla preċedent li sar fit-teknoloġija.

L-istrateġija l-ġdida li issa bdiet tiġi implimentata telenka miżuri li se jirrevoluzzjonaw il-mod kif is-Servizz Pubbliku jiġġestixxi u jżomm id-dejta. Fl-istess waqt, f'kull pass li jsir trid tingħata prijorità lill-etika u lill-kontabbiltà b'tali mod li l-klijent se jingħata l-opportunità li jkollu aċċess għad-dejta li għandu dwaru s-Servizz Pubbliku, ikun jaf kif u meta ntużat, u minn min. Il-klijent se jinżamm infurmat ukoll dwar fiex waslu l-applikazzjonijiet jew it-talbiet tiegħu in real time, fost miżuri oħra, qal is-Sur Cutajar.

Huwa semma' wkoll kif matul l-2021 kien hemm mat-3.5 miljun interazzjoni bejn il-pubbliku u servizz.gov, b'272,000 walk-in fil-hubs reġjonali, 833,500 telefonata, 44,600 email, 54,200 download tal-Maltapps, u 2.5 miljun website view.

Qabel il-konferenza ġie ffirmat memorandum of understanding li jipprovdi għal taħriġ lill-uffiċjali pubbliċi li jwassal għal aktar għarfien fil-qasam tal-Intelliġenza Artifiċjali.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI Jibda t-twettiq tal-istrateġija l-ġdida tas-Servizz Pubbliku għall-ħames snin li ġejjin
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI Jibda t-twettiq tal-istrateġija l-ġdida tas-Servizz Pubbliku għall-ħames snin li ġejjin
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI Jibda t-twettiq tal-istrateġija l-ġdida tas-Servizz Pubbliku għall-ħames snin li ġejjin
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow