STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker ippreżentat b’pubblikazzjoni f’għeluq il-50 sena anniversarju mit-twaqqif tal-MFOPD
pr220502
26/04/2022
L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia laqa' fl-uffiċċju tiegħu lis-Sinjura Marthese Mugliette, il-President tal-MFOPD (il-Malta Federation of Organisations Persons with Disability).
Is-Sinjura Mugliette ppreżentat pubblikazzjoni li timmarka l-50 sena anniversarju mit-twaqqif tal-MFOPD.
L-Ispeaker Anġlu Farrugia faħħar il-ħidma siewja li tagħmel din il-federazzjoni fl-interess ta' dawk kollha li jbatu b'diżabilità u wiegħed l-appoġġ sħih tal-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947