STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI Tliet Segretarji Permanenti ġodda
Tliet uffiċjali pubbliċi ngħataw il-ħatra bħala Segretarji Permanenti ġodda fis-Servizz Pubbliku wara l-ħatra ta’ Kabinett ġdid. Is-Sur Joseph Chetcuti, is-Sur Emanuel Psaila u s-Sur Carlos Tabone ngħataw il-ħatra mill-President ta’ Malta George Vella bħala Segretarji Permanenti fi tliet Ministeri differenti. Kien hemm assenjazzjonijiet ġodda wkoll lil uħud mis-Segretarji Permanenti attwali.
Is-Sur Joseph Chetcuti kien Direttur Ġenerali fid-Dipartiment tad-Dwana u issa nħatar Segretarju Permanenti fil-Ministeru għas-Saħħa; is-Sur Emanuel Psaila kien Direttur Ġenerali fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u se jkun Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza; filwaqt li s-Sur Carlos Tabone nħatar bhala Segretarju Permanenti fil-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar wara li serva bħala Direttur Maniġerjali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Dawn il-ħatriet saru wara li dawn l-uffiċjali pubbliċi ġew innominati mis-Segretarju Permanenti Ewlieni, is-Sur Mario Cutajar, lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku li, wara li evalwat il-karriera ta’ kull wieħed mill-uffiċjali, irrakkomandat il-ħatra tagħhom lill-President ta’ Malta.
Minn meta nħatar il-Kabinett il-ġdid sa issa kien perjodu li matulu s-Segretarji Permanenti u uffiċjali pubbliċi oħra jintroduċu lill-Ministri u lis-Segretarji Parlamentari għall-portafoll li kull wieħed u waħda minnhom ġew assenjati mill-Prim Ministru Dr Robert Abela. Huma jiġu mgħarrfa b’dak kollu li jgħinhom imexxu l-Ministeri tagħhom u anki d-deċiżjonijiet li huma meħtieġa jittieħdu fiż-żmien li ġej.
Issa jmiss li matul din il-ġimgħa u l-ġimgħa d-dieħla kollha, wara li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet tqassmu mill-ġdid is-Segretarji Permanenti fid-dekasteri l-ġodda, jibda perjodu ta’ tranżizzjoni f’livell amministrattiv skont fejn hu meħtieg biċ-ċaqliq li sar.
Is-Servizz Pubbliku jrid jiżżi ħajr lis-Sur Joseph Rapa li ,sa mill-2013, serva bħala Segretarju Permanenti fil-Ministeru għas-Saħħa, għas-servizz kbir li ta f’dil-ħatra f’dawn l-aħħar disa’ snin, u li issa huwa stess xtaq li ma jerġax ikun ikkunsidrat għal Segretarju Permanenti.
Is-Segretarji Permanenti fis-Servizz Pubbliku issa ġew assenjati kif ġej:
Is-Sur Mario Cutajar Uffiċċju tal-Prim Ministru
Kap tas-Servizz Pubbliku
| Is-Sur Kevin Mahoney | Uffiċċju tal-Prim Ministru (Kordinazzjoni u Implimentazzjoni) |
| Dr Joyce Cassar | Uffiċċju tal-Prim Ministru (People and Standards) |
| Is-Sur Joseph Chetcuti | Ministeru għas-Saħħa |
| Is-Sa Joyce Dimech | Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali |
| Is-Sur Christopher Cutajar | Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ |
| Is-Sur Mark Musù | Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal |
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli
| Is-Sur Sharlo Camilleri | Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali |
| Is-Sur Ronald Mizzi | Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet |
| Is-Sur Paul Zahra | Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet (Fondi Ewropej) |
| Is-Sa Nancy Caruana | Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur |
| Is-Sur Johan Galea | Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali |
Ministeru għall-Ġustizzja
| Is-Sur John Borg | Ministeru għal Għawdex |
| Is-Sur Emanuel Psaila | Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza |
| Is-Sur Anthony Gatt | Ministeru għat-Turiżmu |
| Is-Sur Joseph F. Caruana | Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża |
| Is-Sur Alfred Camilleri | Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol |
| Is-Sur Matthew Vella | Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni |
| Is-Sur Carlos Tabone | Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar |
| Is-Sa Christine Schembri | Ministeru għall-Anzjanità Attiva |
Ritratt 1: Mr Joseph Chetcuti
Ritratt 2: Mr Emanuel Psaila
Ritratt 3: Mr Carlos Tabone
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947