Left arrow Go Back

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI

pr220442
Date Icon 07/04/2022

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva mingħand il-kummerċjant involut, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibbiltà ta' kontaminazzjoni bis-Salmonella.

Isem tal-prodott:Schoko-Bons
Dittà:Kinder
Piż:46g u 125g
Dati tad-durabbilità:Id-dati kollha bejn u inkluż it-28/05/2022 sad-19/08/2022

kinder.png

Persuni infettati bis-Salmonella normalment jistgħu jiżviluppaw sintomi bejn sitt (6) u tnejn u sebgħin (72) siegħa wara l-infezzjoni. L-iktar sintomu komuni hija d-dijarea, li tista' tkun anke bid-demm. Sintomi oħra jinkludu deni, uġigħ ta' ras u uġigħ fiż-żaqq. L-infezzjoni ddum minn erba' (4) sa sebat (7) ijiem. Id-dijarea tista' tkun severa li jkun hemm bżonn ukoll dħul fl-isptar. 

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. 

Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow