Left arrow Go Back

PROGRAMM TA' ATTIVITAJIET FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA NAZZJONALI TA' JUM IL-ĦELSIEN 2022

pr220423
Date Icon 30/03/2022

Il-Kumitat Festi Nazzjonali  iħabbar dawn l-attivitajiet biex jitfakkar it-43 Anniversarju ta'  Jum il-Ħelsien

Il-Ħamis 31 ta' Marzu, 2022

ĊERIMONJA KOMMEMORATTIVA

09.30a.m.        Marċ  li jibda minn Triq ix-Xatt ta' Bormla, Bormla jgħaddi minn  Triq San Lawrenz, Birgu, sa quddiem il-Monument tal-Ħelsien, Birgu

09.45 a.m.       Wasla tal-Banda u l-kontinġent tal-Forzi Armati quddiem il-Monument tal-Ħelsien

09.50 a.m.       Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati

09.53 a.m.       Wasla tal-Kap tal-Oppożizzjoni

09.55 a.m.        Wasla tal-Prim Ministru

10.00 a.m.        Wasla tal-E.T. il-President ta' Malta

                          Il-President ta' Malta jispezzjona l-Gwardja tal-Unur

Il-President ta' Malta flimkien mal-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni jitilgħu fuq il-Monument fejn jindaqq l-Innu tal-Ħelsien tindaqq il-Fanfarra u jsir it-tqegħid tal-bukketti.

                          Jindaqq l-Innu Nazzjonali         

REGATTA

12.30 p.m        Regatta Tradizzjonali fil-Port il-Kbir organizzata mill-Għaqda Regatta Nazzjonali bl-għajnuna ta' SportMalta.  Ikun hemm tiġrijiet tad-Dgħajjes A tal-Midalji - Frejgatini - Dgħajjes C tal-Pass - Kajjikki - Dgħajjes B tal-Pass fil-Kategoriji Open u dik Reserves. Wara kull tiġrija ssir il-preżentazzjoni tat-tazzi u l-palji tat-tiġrija partikolari. Wara li jispiċċaw it-tiġrijiet kollha ssir preżentazzjoni tax-'shield' lill-klabb li jikseb l-akbar għadd ta' punti fit-tiġrijiet tal-Kategorija 'Open' u oħra fil-Kategorija 'Reserves'.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow