Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER

pr220421
Date Icon 29/03/2022

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Dr Anġlu Farrugia kellu laqgħa informali mal-President tal-Parlament Ewropew Dr Roberta Metsola. Din il-laqgħa seħħet waqt li kienu qed jattendu għall-Konferenza tal-Ispeakers tal-Parlamenti tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea f'Brdo pri Kranju, Slovenja, fit-28 u d-29 ta' Marzu 2022.

Waqt din il-laqgħa kordjali, l-Ispeaker Farrugia informa lill-President Metsola li huwa kien ressaq emenda għall-konklużjonijiet tal-konferenza sabiex ikun hemm kontribuzzjoni attiva min-naħa tal-Parlamenti Ewropej għal proposta li ġiet approvata f'riżoluzzjoni adottata mill-Assemblea tal-Unjoni Inter-parlamentari li tirrakkomanda t-twaqqif ta' Task Force dwar is-sitwazzjoni fl-Ukrajna. L-għan ta' din l-inizjattiva hu dak li bis-saħħa tad-diplomazija parlamentari, isir attentat sabiex tinstab soluzzjoni għat-tbatija u l-isfidi li qed jiffaċċjaw iċ-ċittadini f'dak ir-reġjun.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow