Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella f’taħdita mal-istudenti tal-Università Queen Mary f’Għawdex

pr220401
Date Icon 23/03/2022

Il-President ta' Malta George Vella u s-Sinjura Miriam Vella żaru għall-ewwel darba l-kampus tal-Università Queen Mary f'Għawdex.

F'sessjoni ta' mistoqsija u tweġiba mal-istudenti, li ffukat fuq il-mediċina u t-tmexxija, il-President qal lill-istudenti li l-mediċina u l-politika huma ta' servizz għall-ħaddieħor. Tkellem dwar il-fiduċja li jridu jibnu bil-mod il-mod billi jkunu ppreparati akkademikament, jisimgħu lill-pazjenti, u juru empatija magħhom. Waqt li tkellem dwar l-esperjenzi tiegħu fil-mediċina u fil-politika, il-President irrimarka li t-trasparenza, l-onestà, u l-kontabilità huma prinċipji importanti tul il-karriera tagħhom.

Mistoqsi fost oħrajn dwar il-prinċipji morali, il-President saħaq li dawn m'għandhom jinbidlu għall-ebda raġuni. Semma li huwa favur il-ħajja mill-bidu tal-konċepiment tagħha sal-mewt naturali. Għall-mistoqsija dwar il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund, il-President spjega dwar iż-żieda fl-ispiża għall-mediċini tal-onkoloġija minn €1 miljun fl-2015 għal €14-il miljun is-sena li għaddiet.

Akkumpanjati mill-Professur Catherine Molyneux, id-Deputat Dekan tal-Università Queen Mary, il-President u s-Sinjura Vella żaru il-faċilitajiet ta' taħriġ għall-istudenti tal-mediċina f'din l-università, fejn iltaqgħu ma' uħud mill-245 student li jistudjaw fl-Università Queen Mary f'Għawdew, li mat-30% minnhom ġejjin mir-Renju Unit.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella f’taħdita mal-istudenti tal-Università Queen Mary f’Għawdex
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella f’taħdita mal-istudenti tal-Università Queen Mary f’Għawdex
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella f’taħdita mal-istudenti tal-Università Queen Mary f’Għawdex
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella f’taħdita mal-istudenti tal-Università Queen Mary f’Għawdex
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella f’taħdita mal-istudenti tal-Università Queen Mary f’Għawdex
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow