Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANI U L-ANZJANITÀ ATTIVA Investiment ta’ €2 miljuni fi spiżerija għal San Vinċenz de Paul

pr220392
Date Icon 22/03/2022

Mifruxa fuq tliet sulari, f’San Vinċenz de Paul ġiet inawgurata binja li se tkun qed topera bħala spiżerija, uffiċini, kif ukoll imħażen għal prodotti mediċi u farmaċewtiċi.

B’investiment ta’ madwar €2 miljuni, din l-ispiżerija se tkun ta’ servizz għal 1,500 resident. Dan is-servizz se jkun qed inaqqas il-piż minn fuq l-Isptar Mater Dei u minn ċentri mediċi oħrajn. 

Waqt l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett, il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia qal li din se tkun spiżerija li tindirizza l-bżonnijiet tal-anzjani. “Il-bżonnijiet mediċi u farmaċewtiċi tar-residenti f’San Vinċenż de Paul huma varji u kumplessi u għalhekk id-domanda għalihom qiegħda dejjem tiżdied”, spjega l-Ministru Michael Farrugia. 

L-iskop tal-proġett ma kienx biss li tinbena binja ġdida biex tindirizza dawn ir-realtajiet imma biex l-ispiżerija toffri servizz ta’ eċċellenza li jinkludi prattiċi ġodda fis-sistema ta’ kif jiġu ordnati u organizzati l-affarijiet.

Il-Ministru Michael Farrugia qal li San Vinċenz qed jinbidel minn ċentru ta’ kura residenzjali għal ċentru ta’ eċċellenza ta’ kura ġerjatrika li jaqdi l-bzonnijiet ta’ persuni b’dipendenza għolja u bi bżonnijiet mediċi kumplessi.

Huwa rringrazzja lit-taqsima tal-inġinerija ta’ San Vinċenz u lill-ħaddiema tal-kuntratturi li ħadmu id f’id biex dan il-proġett ġie implimentat u tlesta skont il-pjanijiet. 

“San Vinċenz kontinwament qed jikber u jespandi s-servizzi tiegħu. Għandna pjanijiet u permessi maħruġin diġà li issa se jkunu qed jiffukaw fuq l-aspett rikreattiv għar-residenti u għall-familji bl-introduzzjoni ta’ animal petting farm, ġnien state-of-the-art għal persuni li jbatu bid-dimensja kif ukoll aktar rinnovar ta’ swali”, temm jgħid il-Ministru Michael Farrugia.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANI U L-ANZJANITÀ ATTIVA Investiment ta’ €2 miljuni fi spiżerija għal San Vinċenz de Paul
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANI U L-ANZJANITÀ ATTIVA Investiment ta’ €2 miljuni fi spiżerija għal San Vinċenz de Paul
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANI U L-ANZJANITÀ ATTIVA Investiment ta’ €2 miljuni fi spiżerija għal San Vinċenz de Paul
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow