Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA Investiment ta’ aktar minn €2 miljun ta’ proġetti CSR minn Indis Malta mifruxa madwar Malta u Għawdex

pr220351
Date Icon 12/03/2022

Aktar minn €2 miljun se jkunu investiti minn Indis Malta bħala parti minn proġetti ta' Corporate Social Responsibility li se jkunu qed isiru fil-Mellieħa, Ħal Qormi, Ħal Safi, ix-Xewkija f'Għawdex, is-Siġġiewi u Ħad-Dingli.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri meta kien qed jagħti dettalji dwar wieħed mill-proġetti taż-żona ta' Pjazza Federico Maempel f'Ħal Qormi li se tkun rinnovata b'investiment ta' €1.2 miljun. Proġett li se jkun qed jagħti ħajja ġdida sabiex tiġi mitgawda minn residenti Qriema.

“Dwar dan il-proġett ftaħna d-diskussjonijet tagħna mal-Kunsill Lokali tal-istess lokalità, u saru wkoll diskussjonijiet mal-Fondazzjoni tal-Benesseri tas-Soċjetà immexxija mill-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca fejn flimkien identifikajna aħjar il-bżonnijiet tat-tfal kollha biex nassiguraw li dan l-ispazju miftuħ jitgawda minn kulħadd", spjega l-Ministru Schembri.

Fuq medda art ta' 3,400 metru kwadru, l-ispazju miftuħ se jinkludi librerija b'żona għall-qari ddedikata lil għalliem u Surmast Anthony Coleiro; faċilitajiet sanitarji mtejba, inkluża kamra separata li sservi ta' changing room għat-trabi; ħabitat għall-għasafar; bankijiet aħjar u moderni; gabbana aġġornata, inklużi mwejjed u siġġijiet; mogħdijiet imtejba li jipprovdu aċċessibilità sħiħa; żona tal-yoga u tal-medjazzjoni mdawra bi ġnien aromatiku; tagħmir ġdid għall-bandli għat-tfal; u bini ta' spazju ġdid aċċessibli minn Pjazza Federico Maempel biex jintuża għad-diskrezzjoni tal-Kunsill Lokali, flimkien ma' diversi għaqdiet tal-lokalità. Se jkunu miżrugħa wkoll għadd ta' siġar u pjanti indiġeni, sistema ta' irrigazzjoni u installazzjoni ta' cameras tas-sigurtà. Dan filwaqt li l-ebda siġra eżistenti mhija se titneħħa għall-fatt li l-ġnien ġie ddisinjat madwar l-istess siġar.

“Se nagħmlu minn din iż-żona il-qalb tħabbat tal-Qriema, post ta' rikreazzjoni u rilassament li se jkun imfittex minn kulħadd", qal il-Ministru Schembri li żied jgħid li applikazzjoni għall-permessi tressqet u x-xogħol se jibda fis-sajf li ġej.

Il-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca stqarret li l-ġnien jirrifletti x-xewqat tat-tfal stess li esprimew l-importanza tal-inklussività. Żiedet tgħid li Ħal Qormi ta ħafna lill-ekonomija ta' pajjiżna fl-isfond li hu mdawwar minn seba' żoni industrijali u għalhekk permezz tal-ġnien il-komunità se tkun qed tgawdi kif jixraq.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA Investiment ta’ aktar minn €2 miljun ta’ proġetti CSR minn Indis Malta mifruxa madwar Malta u Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA Investiment ta’ aktar minn €2 miljun ta’ proġetti CSR minn Indis Malta mifruxa madwar Malta u Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA Investiment ta’ aktar minn €2 miljun ta’ proġetti CSR minn Indis Malta mifruxa madwar Malta u Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA Investiment ta’ aktar minn €2 miljun ta’ proġetti CSR minn Indis Malta mifruxa madwar Malta u Għawdex
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow