Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni Ġenerali – Marzu 2022

pr220271
Date Icon 25/02/2022

Ġurament li jsir barra minn Malta

Il-Kummissjonarji Elettorali javżaw illi votanti li ser ikunu barra minn Malta sat-18 ta' Marzu 2022 u li minħabba mard jew safar mhux ser ikunu jistgħu jivvotaw fis-26 ta' Marzu 2022 li saru arranġamenti biex ikunu jistgħu japplikaw bil-ġurament biex jivvotaw fid-19 ta' Marzu.

Din l-applikazzjoni bil-ġurament tista' ssir fl-eqreb Ambaxxata jew Kummissjoni Għolja u jittieħed l-ġurament quddiem Kummissarju għall-Ġuramenti hemmhekk.

Applikanti li huma votanti rreġistrati fuq Malta jivvotaw fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti n-Naxxar waqt li dawk irreġistrati fuq Għawdex jivvotaw fl-Experimental Farm tal-Gvern fix-Xewkija, Għawdex.  Il-ħinijiet tal-votazzjoni jkunu mis-7.00am sal-10.00pm u kull votant irid jippreżenta d-Dokument tal-Vot tiegħu.

Lista ta' dawn il-Kummissarji għall-Ġuramenti tinsab murija fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali, https://electoral.gov.mt/OathsMT.  Fil-lista hemm ukoll l-indirizz elettroniku biex min hu interessat ikun jista' jagħmel appuntament.

Id-dikjarazzjoni ġuramentata (skenjata) trid tasal għand il-Kummissjoni Elettorali fuq advancedvoting.electoral@gov.mt sa mhux iżjed tard minn nofsinhar (ħin ta' Malta) tal-Ġimgħa, 18 ta' Marzu, 2022.  Il-Kummissjoni Elettorali toħroġ riċevuta għal kull applikazzjoni bil-ġurament li tirċievi li tintbagħat fuq indirizz ta' email li l-votant jista' jikkwota fuq il-ġurament.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow