Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Malta tesprimi tħassib gravi dwar is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

pr220251
Date Icon 22/02/2022

Ir-Repubblika ta' Malta tikkundana d-deċiżjoni tal-Federazzjoni Russa li formalment tirrikonoxxi l-indipendenza tat-territorji ta' Donetsk u Luhansk li mhumiex ikkontrollati minn gvern. Din id-deċizjoni tikser l-integrità terrirtorjali u s-sovranità tal-Ukrajna, u hija inkonsistenti mal-Prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Magħquda filwaqt li tikser ukoll il-Ftehim ta' Minsk u timmina l-possibilità ta' soluzzjoni diplomatika.

Flimkien mal-Unjoni Ewropea, Malta ttenni s-sostenn tagħha lejn is-sovranità tal-Ukrajna u l-integrità territorjali fi ħdan il-fruntieri rikonoxxuti internazzjonalment, kif ukoll id-dritt sovran li tagħzel il-politika barranija u tas-sigurtà tagħha stess.

Ir-Repubblika ta' Malta tinsab ukoll mħassba dwar iż-żieda ta' bombi li qed jiġu rrapportati madwar il-linja ta' kuntatt, li qed iwassal għal żieda fin-numru ta' vittmi, kif ukoll dwar in-numru ta' ksur ta' ftehim ta' waqfien mill-ġlied irreġistrati mill-Missjoni Speċjali ta' Monitoraġġ tal-OSCE fl-Ukrajna.

Malta ttenni bl-aktar mod b'saħħtu li d-djalogu u d-diplomazija għandhom jipprevalu u jiġu segwiti min-naħat kollha. F'dan il-mument kritiku, Malta tinsab ukoll f'kuntatt mal-msieħba Ewropej.

Ir-Repubblika ta' Malta għal darb'oħra titlob għal soluzzjoni paċifika tal-kunflitt fil-Lvant tal-Ukrajna, skont il-Ftehim ta' Minsk kif approvata mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2202 (2015), u tistieden lill-partijiet kollha sabiex isostnu l-impenji tagħhom, jirrispettaw il-liġi internazzjonali, u jirritornaw għad-diskussjonijiet fi ħdan il-Format tan-Normandija u l-Grupp ta' Kuntatt Trilaterali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow