Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni Ġenerali – Marzu, 2022

pr220250
Date Icon 22/02/2022

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-votanti li huma rreġistrati Għawdex u jixtiequ li jiġbru d-dokument/i għall-votazzjoni tagħhom minn Malta u, viċe versa, minn votanti li huma rreġistrati Malta u jixtiequ li jiġbru d-dokument għall-votazzjoni tagħhom minn Għawdex li għandhom jagħmlu t-talba bil-miktub tagħhom malajr kemm jista' jkun u sa mhux aktar tard mis-6.00 p.m. tal-Ħamis, 24 ta' Marzu, 2022.


Importanti ħafna li t-talba ssir fuq bażi personali jew permezz ta' email fuq maltagozo.electoral@gov.mt jew permezz ta' formola, liema formola tista' tintbagħat jew b'mod personali jew permezz ta' email.

Id-dokumenti f'Malta jinġabru mill-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u dawk f'Għawdex mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita' fir-Rabat, Għawdex.  Id-dati tal-ġbir ikunu mill-21 sal-24 ta' Marzu, 2022 u dan isir personali mill-votant billi juri l-karta tal-identità jew tar-residenza tiegħu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow