Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Mixgħula tal-bini tal-Parlament b’solidarjetà ma’ persuni milquta minn mard rari

pr220249
Date Icon 21/02/2022

Ilbieraħ filgħaxija, il-bini tal-Parlament ta' Malta nxtegħel b'ilwien b'solidarjetà ma' persuni milquta minn mard rari. Din il-mixgħela hi parti mill-Kampanja Nazzjonali dwar għarfien akbar tal-ħtiġijiet ta' pazjenti milquta minn mard rari u l-familjarji tagħhom.

Matul din l-okkażjoni, l-Ispeaker Anġlu Farrugia fakkar li fl-Ewropa madwar 30 miljun persuna huma milqutin minn kundizzjoni medika meqjusa bħala mard rari. Għalkemm l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika f'pajjiżna qed jipprovdu l-kura meħtieġa lill-morda kollha, inkluż dawk milquta minn mard rari, saħansitra, anke jingħataw kura speċjalizzata fi sptarijiet u ċentri ta' kura medika barra minn Malta, il-poplu Malti jrid jagħraf u jkun aktar konxju ta' din ir-realtà u juri aktar solidarjetà kemm mal-pazjenti kif ukoll mal-familjarji tagħhom.

Illum qed tinħass il-ħtieġa li pajjiżna jkollu Pjan Nazzjonali dwar Mard Rari. Dan il-pjan għandu jkun intiż biex titjieb il-kura tal-morda f'pajjiżna, jissaħħu aktar il-programmi ta' għajnuna lill-morda u lill-familjarji tagħhom u jissaħħu l-programmi ta' riċerka medika u xjentifika f'pajjiżna.

L-Ispeaker radd il-ħajr lit-tobba, konsulenti, infermiera u ħaddiema kollha tal-isptarijiet f'Malta u Għawdex tas-sehem u d-dedikazzjoni tagħhom mal-morda. Hu semma wkoll l-impenn tal-Alleanza Nazzjonali  għal Sapport lill-Persuni b'Mard Rari. Din l-għaqda volontarja tikkollabora mill-qrib mal-awtoritajiet tas-saħħa fl-interess tal-morda u l-familjarji tagħhom.

Matul din il-mixgħela tkellmet ukoll is-Sinjura Micehelle Muscat, Chairperson tal-Alleanza Nazzjonali għal Sapport lill-Persuni b'Mard Rari.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Mixgħula tal-bini tal-Parlament b’solidarjetà ma’ persuni milquta minn mard rari
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Mixgħula tal-bini tal-Parlament b’solidarjetà ma’ persuni milquta minn mard rari
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Mixgħula tal-bini tal-Parlament b’solidarjetà ma’ persuni milquta minn mard rari
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Mixgħula tal-bini tal-Parlament b’solidarjetà ma’ persuni milquta minn mard rari
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow