AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva mingħand il-kummerċjant involut u kif ukoll permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott ma għandux jiġi kkunsmat minħabba l-kontaminazzjoni bil-kulur Sudan Blue II li mhuwiex awtorizzat li jintuża fl-ikel.
| Isem tal-prodott: | Roasted Corn (togħoma ta' BBQ) |
| Ditta: | Meray |
| Piż: | 150g |
| Lott u Data tad-Durabbilita`: | 21002468; 23/09/2022 21002045; 30/07/2022 |
| Isem tal-prodott: | Roasted Corn (togħoma ta' BBQ) |
| Ditta: | Meray |
| Piż: | 150g |
| Lott u Data tad-Durabbilita`: | 21002468; 23/09/2022 21002045; 30/07/2022 |

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.
Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950