Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTRU FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Jinbeda l-proċess biex titfassal politika dwar il-litteriżmu fil-qasam tal-midja

pr220241
Date Icon 19/02/2022

Waqt konferenza dwar il-valur tal-komunikazzjoni fis-soċjetà tal-lum imtella' mill-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru b'kollaborazzjoni mal-Bord għal-Litteriżmu tal-Midja, ġie ppreżentat studju dwar il-midja f'Malta.

L-għan tal-konferenza huwa li jinbeda proċess miftuħ mill-Bord għal-Litteriżmu tal-Midja biex titfassal politika dwar il-litteriżmu medjatiku. 

Mill-istudju li sar minn Dott. Vince Marmarà, u li huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f'pajjiżna, ħarġu statistiċi importanti mill-perċezzjonijiet tal-poplu Malti, li jittrattaw il-midja f'pajjiżna. Dan l-istħarriġ xjentifiku ffoka wkoll fuq ix-xandir pubbliku, li minnu ħareġ li x-xandir pubbliku huwa aktar mid-doppju newtrali għall-Maltin u l-Għawdxin, mill-midja kollha fil-pajjiż. Infatti, 48.4% ta' dawk li wieġbu l-istħarriġ jemmnu li x-xandir pubbliku huwa newtrali, filwaqt li 21.6% qalu li l-midja indipendenti hija oġġettiva u newtrali.

Din il-konferenza serviet ta' opportunità biex ikun diskuss u jikber l-għarfien dwar il-midja, kemm dik tradizzjonali, kif ukoll il-midja soċjali, fil-kuntest tas-soċjetà Maltija tal-lum. Il-konferenza kienet maqsuma fi tliet partijiet: fl-ewwel parti, li ffukat fuq il-valur tal-etika fil-komunikazzjoni, tkellmu s-Sur Aleks Farrugia, is-Sur George Cini, is-Sur Frans Ghirxi u s-Sur Peppi Azzopardi; fit-tieni parti, li ffukat fuq l-aspett teknoloġiku tal-komunikazzjoni, tkellmu Dott. Patrick Camilleri, l-Inġ. Charles Dalli, is-Sur Martin Debattista u s-Sur Herman Grech; fit-tielet parti, li ffukat fuq l-aspett soċjoloġiku fil-komunikazzjoni, tkellmu Dott. Norbert Bugeja, Dott. Joanna Spiteri, Dott. Michael Briguglio u Rev. Prof. Saviour Chircop.

Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela, li segwa b'attenzjoni il-kummenti tal-kelliema, fid-diskors tiegħu qal li din il-konferenza tat xhieda tas-sabiħ ta' demokrazija li tiffunzjona, għax laqqgħatna ma' firxa ta' fehmiet u ideat differenti il-valur tal-komunikazzjoni fis-soċjetà tagħna.

B'referenza għall-Bord għal-Litteriżmu tal-Midja, il-Ministru Abela qal li għax dan il-gvern jemmen bis-sħiħ fil-libertà tal-espressjoni, emmen fl-importanza li jitwaqqaf dan il-bord, magħmul minn nies b'perspettivi differenti u bl-esperjenza minn diversi aspetti fil-midja.

Il-ministru saħaq dwar l-importanza li nkunu litterati fil-midja. Huwa qal li, “Irridu niżguraw li jkollna l-għodda meħtieġa biex inkunu nistgħu ngħixu f'ambjent fejn il-midja tintuża biex nikkomunikaw bl-aħjar mod, filwaqt li nkunu kapaċi nilqgħu għall-abbuż, għad-diżinformazzjoni, u għall-aħbarijiet foloz."

Bħala ministru li huwa wkoll responsabbli mix-xandir nazzjonali, huwa qal li l-gvern se jibqa' jagħti lix-xandir pubbliku l-mezzi kollha li għandu bżonn biex ikompli jwassal servizz dejjem aħjar.

STQARRIJA MILL-MINISTRU FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Jinbeda l-proċess biex titfassal politika dwar il-litteriżmu fil-qasam tal-midja
STQARRIJA MILL-MINISTRU FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Jinbeda l-proċess biex titfassal politika dwar il-litteriżmu fil-qasam tal-midja
STQARRIJA MILL-MINISTRU FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Jinbeda l-proċess biex titfassal politika dwar il-litteriżmu fil-qasam tal-midja
STQARRIJA MILL-MINISTRU FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Jinbeda l-proċess biex titfassal politika dwar il-litteriżmu fil-qasam tal-midja
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow