Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA: Għal amministrazzjoni aktar effiċjenti tal-art agrikola tal-gvern

pr220232
Date Icon 18/02/2022

Il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija, Silvio Schembri, ħabbar li l-kabinett approva l-promulgazzjoni ta’ emendi għar-Regolamenti dwar l-Art Agrikola tal-Gvern (LS 573.06). L-iskop ta’ dawn l-emendi huwa li jirrazzjonalizzaw u jissimplifikaw il-proċessi attwali tal-Awtorità tal-Artijiet għat-trasferiment, għall-allokazzjoni, għad-disponiment u għall-amministrazzjoni ġenerali ta’ art li hija proprjetà tal-gvern mogħtija b’titolu ta’ Kiri Agrikolu (Qbiela).

L-emendi proposti huma mfassla biex jipprovdu soluzzjonijiet għal għadd kbir ta’ talbiet pendenti għat-trasferiment u għall-allokazzjoni ta’ fondi agrikoli. Ir-regolamenti attwali jwasslu għar-rifjut ta’ dawn it-talbiet. L-emendi proposti huma għalhekk meħtieġa biex isolvu l-istaġnar li ilu jeżisti dwar diversi kwistjonijiet u li jistgħu jiġu solvuti permezz tar-razzjonalizzazzjoni tar-regolamenti.

Ir-regolamenti l-ġodda għandhom ineħħu l-ostakli attwali għat-trasferiment ta’ art agrikola bejn membri tal-familja, jew lil partijiet terzi fil-każ ta’, pereżempju, l-irtirar tal-bidwi attwali.

Ostakli legali bħal dawn, illum jinkludu, limiti għad-daqs tal-bini fir-rigward ta’ trasferiment ta’ fondi, il-ħtieġa li jinkiseb permess minn kokerrejja in solidum, u d-diffikultà fir-rikonoxximent tal-kokultivaturi bħala s-suċċessuri leġittimi tal-kirja.

Barra minn hekk, ir-regolamenti għandhom iwasslu wkoll għall-ipproċessar ta’ numru kbir ta’ applikazzjonijiet antiki għar-rikonoxximent ta’ kerrejja jew trasferiment ta’ fondi, li minħabba dawn l-ostakli legali, ilhom pendenti għal ħafna snin.

Dan kollu jfisser li bdiewa li ilhom ħafna snin jagħmlu użu minn art tal-gvern, issa jistgħu jserrħu rashom li ġenerazzjonijiet futuri se jkunu jistgħu jkomplu f’din l-attività mingħajr ħafna piżijiet burokratiċi. 

Permezz ta’ din l-inizjattiva, il-gvern qed jissokta fil-wegħda tiegħu li jgħin lil dawk il-bdiewa kollha li jixtiequ jsostnu f’din l-attivita f’settur tant importanti għall-ekonomija, u dan billi jipprovdi l-mezzi sabiex tiġi garantita l-vijabbiltà tal-art agrikola. 

Fil-jiem li ġejjin, il-Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija ser iħabbar aktar dettalji dwar dawn l-emendi għar-regolamenti preżenti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA: Għal amministrazzjoni aktar effiċjenti tal-art agrikola tal-gvern
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow