Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI

pr220225
Date Icon 18/02/2022

Iffirmat ftehim bejn l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi u l-fondazzjoni RISe li permezz tiegħu se jiġu offruti servizzi ta’ terapija kemm għall-priġunieri u anke għal dawk li jkunu skontaw is-sentenza

Permezz ta’ Memorandum ta’ Ftehim bejn l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi u l-fondazzjoni RISe, se jkun assigurat li RISe toffri servizzi ta’ terapija u sapport lill-priġunieri u anke lil dawk li jkunu skontaw is-sentenza u għalhekk ikunu ħarġu mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin bħala servizz ta’ after-care.

Fost is-servizzi li se jkunu offruti, permezz ta’ dan il-ftehim, RISe se tara li tagħmel outreach, after-care, tagħti għajnuna u sapport lill-familji tal-priġuniera, servizzi ta’ taħriġ u aktar. Sabiex dawn is-servizzi jkunu jistgħu jsiru, se jiġu impjegati numru ta’ professjonisti li jaħdmu fl-oqsma tat-terapija.

L-għan ta’ dan kollu huwa biex il-priġunieri jkunu mħejjija għal wara li joħorġu mill-faċilità, li titnaqqas ir-rata ta’ reċedività u biex tkun promossa l-prevenzjoni permezz tal-edukazzjoni, ta’ taħriġ u ta’ programmi apposta.

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri wera sodisfazzjon għal dan il-ftehim milħuq anke għax qed tingħata attenzjoni speċjali lejn priġunieri li jkunu ħarġu mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u li jkunu skontaw is-sentenza tagħhom, fejn se jkollhom iċ-ċans u l-opportunità li jkun hemm min jgħinhom, jiggwidahom u jismagħhom.

Byron Camilleri qal li permezz ta’ dan il-ftehim qed ikun hemm pjan ċar biex dawn il-priġunieri jkunu jistgħu tabilħaqq ikollhom proċess ta’ riabilitazzjoni u rintegrazzjoni fis-soċjetà.

“Dan il-ftehim qed isir fil-kuntest ukoll ta’ ħafna bidliet li qed isiru fil-faċilità korrettiva xprunati mill-konklużjonijiet u mid-direzzjonijiet tal-inkjesta li jiena stess ħtart. Għaldaqstant, b’dan li ġie miftiehem ma’ RISe, l-imbuttatura qawwija li qed issir għal aktar pjanijiet ta’ riabilitazzjoni qed issir kemm fuq ġewwa u kemm barra l-ħitan tal-faċilità”, qal Dr Camilleri.

Fl-aħħar nett, il-ministru semma li permezz ta’ ftehim ieħor mal-fondazzjoni Mid-Dlam għad-Dawl, se jkun hemm iċ-ċans li anke jkun hemm laqgħat bejn it-tfal u l-ġenituri tagħhom li jkunu qed jiskontaw sentenza, filwaqt li faħħar ħidmet il-fondazzjoni RISe li qed taħdem id f’id mal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi.

Preżenti għal dan il-ftehim kien hemm il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi Robert Brincau u s-Sur Charles Mifsud, Chairperson ta’ RISe.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow