Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER

pr220213
Date Icon 16/02/2022

L-isfida tal-immigrazzjoni għandha twassal biex l-Unjoni Ewropea tkompli twettaq il-programm tagħha biex tgħin lill-pajjiżi meqjusa fqar u sottożviluppati bil-għan li jiksbu, fl-iqsar żmien possibbli, livell ta’ żvilupp fejn iċ-ċittadini tagħhom ikunu jistgħu jgħixu ħajja tassew dinjituża – L-Ispeaker Anġlu Farrugia

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia ltaqa’ ma’ delegati Ewropej li qed jattendu konferenza f’Malta dwar id-diversità fl-Ewropa u l-integrazzjoni soċjali tal-immigranti.  

Fid-diskors tiegħu, l-Ispeaker tkellem dwar il-valuri għonja tad-demokrazija u r-rispett tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuna umana li jħaddnu l-popli fl-Unjoni Ewropea, inkluż, id-dritt ta’ kull persuna li jfittex f’pajjiżi oħra kenn u ażil mill-persekuzzjoni. Hu qal li matul l-aħħar snin, in-numru ta’ immigranti fid-dinja żdied minn 173 miljun fis-sena 2000 għal 258 miljun fl-2017. 

L-Ispeaker semma li s-suċċess ekonomiku u soċjali fl-Unjoni Ewropea wassal biex l-Ewropa tikseb reputazzjoni tajba ta’ stabbiltà politika u ekonomika u dan qed iħajjar bosta individwi li jitilqu pajjiżhom, li huma fqar jew milquta minn konflitt u ġlied reġjonali, bil-għan li jiksbu għajxien aħjar f’pajjiżi Ewropej.

Qal ukoll li l-Baħar Mediterran hu l-aktar mezz imfittex mill-immigranti biex jaslu fl-Ewropa iżda sfortunatament, bosta jkunu dawk li jegħrqu u jmutu fil-baħar, tant li llum il-Mediterran jitqies bħala ċimiterju tal-immigranti. Għalkemm dawn l-individwi m’għarfux l-aktar mod xieraq u legali biex jidħlu fl-Ewropa, l-Ispeaker irrikonoxxa li kull min isib ruħu f’diffikultà għandu jkun salvat mill-għarqa  u anke mill-mewt, għandu jingħata smigħ xieraq u ġust għat-talba tiegħu għal status ta’ refuġjat u għal protezzjoni umanitarja, u dan għandu jsir bl-kollaborazzjoni sħiħa ma’ stati oħra fl-Unjoni Ewropea bħala salvagawdja kontra kull abbuż u biex jitħarsu l-interessi nazzjonali.

Qal ukoll li llum, l-ebda soċjetà fl-Ewropa ma tista’ titqies bħala omoġenja, fejn ir-realtà ta’ soċjetà multietnika, fejn il-popli Ewropej iħaddnu l-prinċipji demokratiċi u jirrispettaw id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-bniedem, twassal għal aktar tollerenza, għarfien u apprezzament tal-importanza li l-bnedmin ta’ tessut etniku u kulturali differenti minn xulxin, jagħtu l-kontribut tagħhom għat-tisħiħ tal-personalità Ewropea. Saħaq li għaldaqstant huwa fl-interess tal-Ewropa li l-immigranti sinċiera jkunu megħjuna jegħlbu kull diffikultà li ġġib magħha l-integrazzjoni soċjali tagħhom.

“L-isfida tal-immigrazzjoni għandha twassal biex l-Unjoni Ewropea tkompli twettaq il-programm tagħha biex tgħin dawk il-pajjiżi meqjusa fqar u sottożviluppati bil-għan li jiksbu fl-iqsar żmien possibbli, livell ta’ żvilupp fejn iċ-ċittadini tagħhom ikunu jistgħu jgħixu ħajja tassew dinjituża”, ikkonkluda l-Ispeaker Anġlu Farrugia. 

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow