Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR: Imnedija għal konsultazzjoni pubblika l-Linji Gwida għal Prattiċi Tajba ta’ Tħawwil ta’ Siġar u Arbuxelli fil-Gżejjer Maltin

pr220208
Date Icon 15/02/2022

Tnediet konsultazzjoni pubblika dwar l-abbozz ta’ ‘Linji Gwida għal Prattiċi Tajba ta’ Tħawwil ta’ Siġar u Arbuxelli fil-Gżejjer Maltin’ mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u l-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia, fil-preżenza tal-aġent Kap Eżekuttiv tal-ERA Kevin Mercieca.

Il-Ministru spjega li dawn il-linji gwida għandhom l-għan li jipprovdu gwida ġenerali għal proġetti ta’ tħawwil ta’ siġar u arbuxelli fl-ambjent urban kif ukoll dak rurali, u li jħarsu lejn l-afforestazzjoni minn perspettiva ħolistika bil-mira finali li jiġi żgurat is-suċċess ta’ dawn l-inizjattivi. Dan l-abbozz ta’ linji gwida jenfasizza l-proċess sħiħ ta’ kif proġett ta’ tħawwil għandu jiġi indirizzat mit-tfassil tal-kunċett sal-implimentazzjoni u l-immaniġġjar sostenibbli ta’ siti bħal dawn.

Il-Ministru Farrugia saħaq fuq l-importanza li mhux biss jiġu implimentati proġetti ta’ tħaddir, iżda li dawn jinżammu sew. “Dawn il-proġetti ta’ afforestazzjoni u ż-żamma tagħhom se jsaħħu l-ambjent u joħolqu aktar spazji għal rikreazzjoni, li se jkunu ta’ benefiċċju għall-pubbliku. Dan id-dokument se jipprovdi gwida u indikaturi prattiċi, rakkomandazzjonijiet, u lista ta’ kodiċi ġenerali ta’ prattika tajba li jippermettu tħawwil ta’ siġar u arbuxelli b’suċċess f’żoni bħal art vojta, riforestazzjoni ta’ żoni li qabel kienu koperti bis-siġar u restawr tal-abitat li se jgħin fl-irkupru tal-ekosistema,” qal il-Ministru Farrugia. 

L-għanijiet ewlenin tal-linji gwida huma li:

• Jippromwovu prattiċi ta’ afforestazzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u li huma ekoloġikament sostenibbli;

• Jinkoraġġixxu t-tħaddir u l-inċentivi ta’ restawr ekoloġiku f’żoni differenti bl-użu ta’ speċi xierqa;

• Jiġu stabbiliti standards komuni ta’ prattiċi tajba ta’ tħawwil, f’konformità mal-leġiżlazzjoni u policies oħrajn;

• Jinkoraġġixxu l-ownership u l-manutenzjoni fit-tul tal-proġetti ta’ afforestazzjoni;

• Jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali tas-Siġar u l-Imsaġar u l-Pjan ta’ Azzjoni 2022-2030; u

• Jappoġġjaw l-impenn u l-isforzi ta’ Malta fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għaliha.

Il-pubbliku ġenerali u l-partijiet interessati huma mistiedna jieħdu nota tal-abbozz tal-linji gwida u jipprovdu l-ħsibijiet tagħhom dwar il-kontenut tiegħu fuq era.policy@era.org.mt, sa mhux aktar tard mid-29 ta’ Marzu 2022. Aktar informazzjoni tista’ tinstab fuq dan il-link: https://era.org.mt/consultation-on-legislation-and-policy/

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR: Imnedija għal konsultazzjoni pubblika l-Linji Gwida għal Prattiċi Tajba ta’ Tħawwil ta’ Siġar u Arbuxelli fil-Gżejjer Maltin
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow