Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI

pr220207
Date Icon 15/02/2022

Iffirmat Memorandum of Understanding bejn il-Victim Support Agency u l-Malta Foundation for the Wellbeing of Society li se jwassal biex aktar vittmi tal-kriminalità jiġu assistiti. Il-ftehim se jwassal għal aktar kooperazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet u aktar għarfien dwar is-servizzi ta’ appoġġ li huma disponibbli għall-vittmi tal-kriminalità. L-MOU se jara li l-assistenza tingħata b’mod aktar effiċjenti, hekk kif twaqqfet sistema ta’ riferiment fejn persuni li jkunu tkellmu mal-fondazzjoni u li jkunu eliġibbli għas-servizz tal-aġenzija jingħataw l-għajnuna mingħajr ebda dewmien.

Fil-messaġġ tiegħu, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri spjega kif l-aġenzija qed tkompli tieħu inizjattivi li jsaħħu s-servizzi li tipprovdi lill-komunità. Huwa qal kif din l-aġenzija trid taħdem fil-qrib mal-għaqdiet mhux governattivi u aġenziji oħrajn tal-gvern li diġà joffru servizzi importanti. “Wegħedna li rridu npoġġu bħala prijorità l-vittmi tal-kriminalità u dawk qrib tagħhom, għalhekk sodisfatt li l-aġenzija qed tkompli ssaħħaħ is-servizzi tagħha biex nassiguraw li ngħinu lil kull min jinsab fil-bżonn. Matul Jannar ġew riferuti aktar minn 116-il każ ġdid għand il-Victim Support Agency, u jinkludu persuni li jkollhom bżonn appoġġ emozzjonali, gwida fuq id-drittijiet tagħhom kif ukoll pariri legali mit-tim ta’ professjonisti. Dan juri biċ-ċar kemm kien hemm ħtieġa li titwaqqaf din l-aġenzija,” qal il-Ministru Camilleri. 

Iċ-Chairperson tal-Malta Foundation for the Wellbeing of Society Marie-Louise Coleiro Preca qalet li, “Huwa ta’ sodisfazzjon li l-Victim Support Agency qed tfittex kollaborazzjoni ma’ diversità ta’ entitajiet li jaħdmu ma’ komunitajiet diversi. L-MOU ffirmat mal-Malta Foundation for the Wellbeing of Society se jagħti aktar skop u attenzjoni lejn tfal u żgħażagħ li jeħtieġu l-appoġġ psikosoċjali sabiex jegħlbu trawmiet ġejjin minn diversità ta’ atti kriminali jew mhux leċiti.”

Il-ftehim kien iffirmat mill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija s-Sur Brian Farrugia kif ukoll is-Sa Marie-Louise Coleiro Preca bħala Chairperson tal-Malta Foundation for the Wellbeing of Society. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow