STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL Ħruġ Ġdid b'Irkant ta' Stock tal-Gvern ta' Malta b'Rata ta' Mgħax Fissa – Frar 2022
L-Accountant General iħabbar il-ħruġ ta' €140,000,000 Stock tal-Gvern ta' Malta soġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar sa massimu ta' €100,000,000 oħra kif ġej:
| (i) | 0.90% Stock tal-Gvern ta' Malta 2027 (V); u |
| (ii) | 1.60% Stock tal-Gvern ta' Malta 2032 (III); u |
| (iii) | 2.40% Stock tal-Gvern ta' Malta 2052 (I); jew |
| (iv) | f'ammonti mit-tliet Stocks b'valur nominali flimkien ta' €140,000,000. |
L-applikazzjonijiet magħmulin f'offerti b'irkant għal minimu ta' €500,000 u multipli ta' €100,000 kull waħda jiftħu l-Ġimgħa 18 ta' Frar 2022 fit-8.30 a.m. u jagħlqu f'nofsinhar (CET) tal-istess jum.
L-offerti fuq il-formoli preskritti għandhom jintbagħtu permezz ta' email fl-indirizzi indikati fuq il-formola tal-applikazzjoni jew fuq fax +356 2596 7210, jew jintefgħu fil-kaxxa tal-offerti tat-Teżor, il-Furjana.
Ir-riżultat tal-allokazzjoni ta' kull stock jiġi mgħarraf sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b'irkant.
Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu mingħand il-membri kollha tal-Borża ta' Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta' Servizzi ta' Investiment jew jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor.
L-Accountant General se jħabbar linji gwida indikattivi tal-ipprezzar għall-kull stock permezz ta' stqarrija għall-istampa li tiġi ppubblikata nhar il-Ħamis, is-17 ta' Frar 2022. Dawn ikunu magħmula minn spread indikattiva fuq ir-rata tal-euro mid-swap relevanti li tirrifletti b'mod wiesa' l-kundizzjonijiet fis-suq sekondarju taż-0.90% Stock tal-Gvern ta' Malta 2027 (V), tal-1.60% Stock tal-Gvern ta' Malta 2032 (III) u tat-2.40% Stock tal-Gvern ta' Malta 2052 (I).
Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta li flimkien mal-Prospett Ġenerali u r-Regolamenti dwar Stocks tal-Gvern ta' Malta jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor www.treasury.gov.mt.
Other Press Releases:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950