Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President jiltaqa’ mal-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola

pr220186
Date Icon 10/02/2022

Il-President George Vella ltaqa’ mal-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola li tinsab Malta fuq l-ewwel żjara uffiċjali mill-ħatra tagħha f’din il-kariga.

Filwaqt li tenna l-awguri tiegħu lis-Sa Metsola għall-ħidma sfiqa f’din il-kariga importanti, il-President Vella tkellem dwar ir-responsabbiltajiet kbar li ġġorr magħha. Dan peress li l-Parlament Ewropew huwa pilastru fundamentali tad-demokrazija li jwassal il-leħen taċ-ċittadin direttament lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Il-President fisser li hemm bżonn ta’ aktar għarfien fost iċ-ċittadini Ewropej fuq ix-xogħol li jwettqu l-parlamentari Ewropej u kif dan jolqot direttament il-ħajja tagħhom ta’ kuljum.

Il-President Vella u s-Sa Metsola ddiskutew numru ta’ sfidi li bħalissa jinsabu fuq l-aġenda tal-Unjoni Ewropea, bħalma huma l-irkupru mill-effetti tal-Covid, il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, l-immigrazzjoni, it-tibdil fil-klima kif ukoll l-iżviluppi politiċi li qed iseħħu fil-viċinati tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-UE. 

Min-naħa tagħha, is-Sa Metsola wasslet l-apprezzament tagħha għall-appoġġ li ngħata lilha mill-President Vella, f’isem il-poplu Malti u Għawdxi kollu. Spjegat ukoll li l-pandemija kellha impatt kbir fuq l-operat tal-Parlament Ewropew u tat rendikont tal-prijoritajiet li jinsabu fuq l-aġenda tal-parlament fil-preżent. Fosthom semmiet l-immigrazzjoni, l-ambjent u l-qasam diġitali.

Wara din il-laqgħa, il-President Vella ddeskriva t-taħditiet bħala interessanti ferm, li taw spjegazzjoni ċara tal-viżjoni u l-għanijiet li bihom is-Sa Metsola qiegħda taqdi d-dmirijiet u l-funzjonijiet tagħha. Huwa qal ukoll li dan huwa eżempju ċar ta’ kif il-Maltin, speċjalment meta jingħaqdu, jagħrfu jegħlbu l-isfidi marbuta mal-ġeografija u d-daqs ta’ pajjiżna u jirnexxu fl-ogħla karigi internazzjonali. 

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President jiltaqa’ mal-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President jiltaqa’ mal-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President jiltaqa’ mal-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President jiltaqa’ mal-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President jiltaqa’ mal-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow