Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI 440 familja oħra fl-akkomodazzjoni soċjali jgawdu minn ambjent aħjar f’darhom

pr220183
Date Icon 09/02/2022

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes, akkumpanjat mill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Leonid McKay, indirizza konferenza tal-aħbarijiet fl-Oqsma tad-Djar Soċjali f'Ta' Paris, Birkirkara, fejn tħabbret l-iskeda l-ġdida għas-sena 2022 ta' riġenerazzjoni ta' blokok eżistenti ta' akkomodazzjoni soċjali. Il-proġett ta' riġenerazzjoni, li ilu għaddej mis-sena 2017, se jwassal għat-titjib fil-kwalità tal-ħajja ta' 440 familja oħra li jgħixu f'40 blokka ta' akkomodazzjoni soċjali f'seba' lokalitajiet madwar Malta.

Din l-iskeda ta' riġenerazzjoni se tagħti dehra ġdida lil żewġ blokok fi Triq il-Bjar, Triq San Nikola u Triq Sant'Ursula fil-Belt Valletta, erba' blokok fi Triq Pietro D'Armenia f'Pembroke, tmien blokok f'Binja Hesri fi Triq Dun Anton Vella fis-Siġġiewi, erba' blokok fi Triq il-Luq, Triq il-Ward u Triq il-Ġiżimina f'Ħaż-Żabbar, erba' blokok fi Triq ir-Ruman, fi Vjal il-Ħaddiem u Triq il-Kavallieri fir-Rabat (Malta), tmien blokok fi Triq San Pawl, Triq il-Gendus, f'Misraħ Bonnici, Triq Santa Margerita, Triq San Piju X u Sqaq Cordina f'Bormla, u għaxar blokok fi Triq Fonsu Maria Galea, Triq Olaf Golcher, Triq G.Grech Delicata, Triq il-Qattus u Triq il-Girasol f'Birkirkara. Dawn ix-xogħlijiet jinkludu, fost oħrajn, xogħlijiet fil-bjut, fil-faċċati u fil-partijiet komuni tal-blokok konċernati.

Il-Ministru Roderick Galdes sostna li,"Impenjajna ruħna li nagħtu l-attenzjoni lill-bini tal-housing, imma fuq kollox lill-familji residenti. Wegħidna li se nirriġeneraw il-blokok kollha tal-akkomodazzjoni soċjali f'pajjiżna. Qed nitkellmu fuq 1,167 blokka li għandna mxerrdin mal-pajjiż kollu. Aġixxejna u dik il-wegħda żammejniha, ġejna fil-bidu ta' kull sena u tajna programm ta' xogħlijiet, kif qed nagħmlu issa. Is-sena l-oħra biss, saru xogħlijiet ta' riġenerazzjoni fuq 40 blokka, u din is-sena mhux b'inqas."

Il-baġit totali li ġie allokat għall-programm ta' din is-sena se jlaħħaq maż-żewġ miljun u tliet mitt elf ewro (€2,300,000). Il-gvern, permezz tal-Ministeru għall-Akkommodazzjoni Soċjali, diġà għamel investiment ta' madwar ħmistax-il miljun ewro (€15,000,000) f'sitt snin bħala parti minn programm ħolistiku ta' riġenerazzjoni, titjib u tisbiħ li sa issa laqat madwar 3,000 familja.

Il-Ministru Roderick Galdes għalaq billi tenna li, “L-investiment mhux fil-ġebla imma kollu kemm hu fin-nies. Għaliex id-dar mhix biss l-erba' ħitan mill-bieb il-ġewwa, imma l-ambjent kollu li ngħixu fih. Dan huwa l-mod wiesa' kif bdejna nifhmu l-housing fl-aħħar snin, qegħdin tabilħaqq nirrikonoxxu li l-livell tal-għajxien tagħna jiddependi mill-kwalità tal-ambjent li ngħixu fih."

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad- Djar is-Sur Leonid McKay stqarr li l-investiment li qed isir mill-awtorità qed imur direttament għand ir-residenti u n-nies. Is-Sur McKay saħaq ukoll kif l-importanza li qed tingħata lir-riġenerazzjoni tal-oqsma tad-djar eżistenti hi waħda essenzjali, anke jekk qed isir investiment kbir f'bini ta' akkomodazzjoni soċjali ġdid. “Il-mira tal-awtorità hija dik li kull blokka ta' akkomodazzjoni soċjali tiġi riġenerata," temma jgħid is-Sur Leonid Mckay.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI 440 familja oħra fl-akkomodazzjoni soċjali jgawdu minn ambjent aħjar f’darhom
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI 440 familja oħra fl-akkomodazzjoni soċjali jgawdu minn ambjent aħjar f’darhom
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI 440 familja oħra fl-akkomodazzjoni soċjali jgawdu minn ambjent aħjar f’darhom
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow