Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Malta tawgura suċċess lit-Tuneżija fl-implimentazzjoni tar-road map demokratika tagħha

pr220145
Date Icon 01/02/2022

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo u l-Ambaxxatur tar-Repubblika tat-Tuneżija għal Malta Yassine El Oued iddiskutew ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u t-Tuneżija, fosthom it-tisħiħ fir-rabtiet bejn iż-żewġ pajjiżi fl-oqsma tax-xogħol.

Il-Ministru Bartolo u l-Ambaxxatur Tuneżin iddiskutew ukoll il-proċess konsultattiv inklussiv li għaddej fit-Tuneżija biex itejbu l-kostituzzjoni, il-liġi elettorali u programm ta' qawmien soċjali u ekonomiku fil-pajjiż.

Il-Ministru Bartolo awgura kull suċċess lill-poplu Tuneżin li jintlaħqu dawn il-miri bl-implimentazzjoni ta' din ir-road map demokratika. Dwar dan se jsir referendum  fil-25 ta' Lulju 2022 u elezzjonijiet parlamentari fis-17 ta' Diċembru 2022.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow