Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-GOVERNANZA 13-il avukat ġdid jingħataw il-warrant

pr220140
Date Icon 31/01/2022

Il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Governanza Edward Zammit Lewis ippreżenta l-warrants lil 13-il avukat ġdid wara li wrew il-kompetenza tagħhom li jeżerċitaw il-professjoni legali.

Il-Ministru Zammit Lewis awgura lill-avukati l-ġodda filwaqt li saħaq li huwa d-dmir tagħhom li jiggarantixxu aċċess għall-ġustizzja u rappreżentanza legali tajba lil kull ċittadin. Qal ukoll li għandhom iwettqu dmirhom bis-serjetà u b'rispett sħiħ lejn il-kostituzzjoni, il-liġijiet u r-regolamenti kollha tal-pajjiż.

Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm ukoll l-Avukat tal-Istat Dr Chris Soler, il-President tal-Kamra tal-Avukati Dr Louis Degabriele, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati Eunice Grech Fiorini, u l-Viċi Kap tal-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati Vanessa Grech.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-GOVERNANZA 13-il avukat ġdid jingħataw il-warrant
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow