Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR: Skema ġdida ta’ €700,000 għal proġetti ambjentali

pr220135
Date Icon 30/01/2022

Il-kunsilli lokali jistgħu japplikaw għal fondi biex iwettqu proġetti ambjentali permezz ta' skema ġdida minn Ambjent Malta (AM).

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia li ħeġġeġ lill-kunsilli lokali biex joħorġu bi proposti għal proġetti ambjentali mmirati biex itejbu l-ambjent urban u b'hekk jikkontribwixxu għall-benesseri taċ-ċittadini.

Huwa qal li Ambjent Malta se tikkunsidra l-aqwa inizjattivi ambjentali irrispettivament minn jekk hux proġett kbir jew żgħir, b'€700,000 disponibbli għal din l-iskema. Spjega li dan il-fond huwa parti minn pjan kontinwu biex jitjiebu l-ispazji urbani ta' Malta u ta' Għawdex u jinkorporaw fihom prinċipji ambjentali u sostenibbli. Qal ukoll li l-urban greening tinkorpora fiha proġetti ta' tisbiħ urban li minnhom jibbenefikaw iċ-ċittadini u l-ambjent ta' madwarhom. 

“L-ekoloġizzazzjoni tal-bliet twassal għal bosta impatti pożittivi, fosthom il-ġlieda kontra t-tniġġis tal-arja u tal-istorbju, u l-ġbir tal-ilma tax-xita li jista' joħloq għargħar. Proġetti bħal dawn jikkontribwixxu għall-benesseri, is-saħħa fiżika u mentali, kif ukoll ipattu għall-emissjonijiet tal-karbonju li kieku jikkontribwixxu għat-tibdil fil-klima," qal il-ministru.

Il-proġetti ta' tħaddir fl-urban jinkludu t-tħawwil ta' siġar u arbuxelli, installazzjoni ta' ġonna vertikali, soqfa ħodor, pilastri ħodor u bankijiet, proġetti ambjentali fi pjazez u toroq f'żoni urbani, installazzjoni ta' sistemi ġodda ta' irrigazzjoni, parks u żoni ħodor.

“Għandna bżonn l-involviment ta' kulħadd - minn individwi sa NGOs u kunsilli lokali - biex jingħaqdu magħna fl-implimentazzjoni ta' din il-viżjoni għal Malta aktar ekoloġika. Filwaqt li huwa importanti li nissalvagwardjaw u nsostnu ż-żoni rurali, il-kampanja u żoni oħra -- huwa daqstant ieħor jekk mhux aktar importanti li ntejbu l-postijiet li fihom ngħixu, naħdmu u nqattgħu l-biċċa l-kbira tal-ħin tagħna fihom. Huwa b'dan il-mod li se nkomplu nindirizzaw tassew il-kwistjoni tal-kwalità tal-ħajja," qal il-ministru filwaqt li ħeġġeġ lill-kunsilli lokali biex jisfruttaw dan il-fond kif ukoll fondi oħrajn disponibbli għalihom permezz ta' Ambjent Malta u oħrajn – inkluż il-Fond għall-Ippjanar tal-Iżvilupp tal-Awtorità tal-Ippjanar. 

Preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet, kien hemm id-Direttur ta' Ambjent Malta Herman Galea u l-President għall-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, Mario Fava.

Biex tkun ta' għajnuna lill-kunsilli lokali, Ambjent Malta se tmexxi seminar online biex tipprovdi aktar informazzjoni u tkun disponibbli biex tassisti kif meħtieġ. 

L-applikazzjonijiet li jkunu eleġibbli jiġu evalwati minn kumitat tal-għażla maħtur minn Ambjent Malta. L-applikazzjonijiet magħżula se jkunu bbażati fuq kriterji stabbiliti. Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq https://environment.gov.mt/en/ambjentmalta/Pages/lcUrbanGreeningScheme2022.aspx

L-iskema tibqa' miftuħa sat-Tnejn 28 ta' Frar 2022.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR: Skema ġdida ta’ €700,000 għal proġetti ambjentali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow