Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTRU FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU ‘L-Ewropa li nixtieq għalija u għall-komunità li ngħix fiha’

pr220129
Date Icon 29/01/2022

Fit-tieni diskussjoni miftuħa ffukata fuq il-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea li saret fis-sala tal-Kunsill Lokali tal-Mosta, il-pubbliku li attenda kellu l-opportunità li jitkellem dwar kif jixtiequ jaraw l-Unjoni Ewropea fil-futur.

Din l-attività kienet waħda minn numru ta' attivitajiet li saru b'rabta mal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, li qegħdin jiġu organizzati matul is-sena minn SEM u l-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Il-konferenza dwar il-futur tal-Ewropa hija inizjattiva li qiegħda ssir fl-Ewropa kollha, biex kull min jixtieq jagħti l-opinjoni, l-ideat u s-suġġerimenti dwar kif jixtieq li tkun l-Ewropa fis-snin li ġejjin.

F'Malta u Għawdex qegħdin isiru attivitajiet biex nies ta' kull età u li jirrappreżentaw setturi differenti, jiddiskutu temi varji dwar il-futur tal-Ewropa bħall-ambjent, is-saħħa, l-edukazzjoni, l-ekonomija, id-demokrazija, iż-żgħażagħ u oħrajn.

Fil-messaġġ tiegħu, il-Ministru Carmelo Abela qal li, permezz ta' dawn id-diskussjonijiet li l-aġenzija SEM qed torganizza, qed jirnexxielna niġbru numru ta' opinjonijiet u suġġerimenti fuq oqsma differenti minn kull qasam tal-ħajja.

Il-Ministru rrefera għall-parteċipazzjoni tiegħu fil-plenarja tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa li saret fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu, bejn il-21 u t-22 ta' Jannar 2022, fejn saħaq li l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini hija tfakkira għall-politiċi, biex ma jifqux jisimgħu dak li għandhom xi jgħidu, u li għandu dejjem jinżamm djalogu miftuħ u kontinwu maċ-ċittadini.

Għal dan il-għan, dawn il-laqgħat qed iservu biex il-Maltin u l-Għawdxin jagħtu l-opinjoni u jaqsmu l-ħsibijiet u l-aspirazzjonijiet  tagħhom, biex finalment, permezz tal-aġenzija SEM, il-messaġġ jasal fl-Unjoni Ewropa, biex ilkoll kemm aħna ngħixu f'Ewropa li nixtiequ, u nkunu l-kontributuri tat-tfassil ta' Unjoni Ewropea aħjar.

Il-Kap Eżekuttiv ta' Servizzi Ewropej f'Malta Mandy Falzon tkellmet kif l-aġenzija qed taħdem bis-sħiħ biex dawn l-attivitajiet jilħqu kemm jista' jkun ċittadini f'lokalitajiet differenti. Is-suġġerimenti u l-opinjonijiet ta' dawk li jieħdu sehem jinġabru f'rapport nazzjonali li jingħaqad ma' dawk ta' Ewropej oħra u jikkontribwixxu għat-tfassil ta' pjan ta' prijortiajiet tal-UE għas-snin li ġejjin.

Kull min jixtieq iressaq l-ideat u s-suġġerimenti dwar il-futur tal-Ewropa, jista' wkoll jidħol fi Pjattaforma Diġitali f'24 lingwa, inkluż il-Malti u jikteb l-ideat tiegħu dwar suġġetti partikolari, jikkummenta fuq ideat ta' oħrajn, u jieħu sehem f'attivitajiet organizzati, kemm f'Malta u kemm onlajn f'pajjiżi oħra.

STQARRIJA MILL-MINISTRU FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU ‘L-Ewropa li nixtieq għalija u għall-komunità li ngħix fiha’
STQARRIJA MILL-MINISTRU FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU ‘L-Ewropa li nixtieq għalija u għall-komunità li ngħix fiha’
STQARRIJA MILL-MINISTRU FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU ‘L-Ewropa li nixtieq għalija u għall-komunità li ngħix fiha’
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow