Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Teknoloġija innovattiva li tkejjel is-sinjali vitali b’modi mhux invażivi, b’investiment ta’ €200,000 minn fondi tar-riċerka

pr220126
Date Icon 28/01/2022

Proġett bl-isem ta’ Non-Invasive Vital Signs (NIVS) huwa mmirat biex jirreġistra data dwar ir-rata tal-qalb u tan-nifs permezz ta’ kameras normali u kameras tat-tip infrared thermography. Dan hu frott il-kollaborazzjoni ta’ riċerka bejn id-Dipartiment tal-Biomedical Cybernetics fl-Università ta’ Malta u l-Isptar Mater Dei, u huwa ffinanzjat mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija.

Il-Ministru Owen Bonnici żar il-Fakultà tal-Inġinerija fl-Università ta’ Malta fejn qed isir xogħol fuq dan il-proġett. Il-Ministru Bonnici faħħar il-kisbiet ta’ din il-kollaborazzjoni multidixxiplinarja li ġabret flimkien akkademiċi speċjalizzati fl-inġinerija, fl-ICT u fil-mediċina mill-Università ta’ Malta, kif ukoll konsulenti mediċi u professjonisti tal-kura tas-saħħa li jaħdmu fit-taqsima tat-terapija intensiva (ITU) fl-Isptar Mater Dei.

Dr Bonnici enfasizza l-importanza tar-riċerka biex tipprovdi soluzzjonijiet innovattivi li b’mod konkret itejbu ħajjet in-nies. 

“Dan il-proġett jista’ jkollu impatt qawwi fuq is-settur tas-saħħa billi jindirizza t-tħassib urġenti tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) fir-rigward tat-tixrid ta’ mikrobi reżistenti għall-antibijotiċi, filwaqt li jtejjeb ħafna l-kumdità tal-pazjenti waqt li jirċievu l-kura tas-saħħa”, qal Dr Bonnici.

Il-Koordinatur tal-Proġett Dr Owen Falzon spjega li, “Il-prinċipju wara dan il-proġett huwa li bidliet sottili fil-kulur tal-ġilda tal-wiċċ iseħħu hekk kif demm frisk jiġi ppumpjat mill-qalb ma’ kull taħbita, u wkoll li t-temperatura madwar l-imnifsejn tiżdied kull darba li persuna toħroġ in-nifs ’il barra u toħroġ arja sħuna. Tekniki speċjali ta’ analiżi tad-data jistgħu jipprovdu din l-informazzjoni minn reġistrazzjonijiet tal-wiċċ meħuda b’dawn il-kameras. Dan il-metodu ta’ monitoraġġ tal-parametri tal-ġisem huwa inqas invażiv u għalhekk ma jiġix b’wires jew bi stickers skomdi mwaħħla mal-persuna”.

Dan il-proġett għandu l-għan li jiżviluppa sistemi ġodda li jużaw immaġini u tekniċi viżivi u termali kkombinati biex jipprovdu stimi affidabbli tar-rata tal-qalb u tar-rata tan-nifs f’ambjenti kliniċi tad-dinja reali.

It-teknoloġija tal-monitoraġġ mingħajr kuntatt hija qasam ta’ interess kbir bħalissa fid-dinja xjentifika, peress li toffri possibbiltajiet għall-monitoraġġ tal-pazjenti filwaqt li tippermettilhom li jkunu mobbli u aktar attivi. Tista’ tintuża wkoll biex timmonitorja l-pazjenti fl-ambjenti ta’ darhom, b’xi sensors li jistgħu jitqiegħdu taħt is-saqqijiet jew jintlibsu fil-ħwejjeġ tal-pazjenti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Teknoloġija innovattiva li tkejjel is-sinjali vitali b’modi mhux invażivi, b’investiment ta’ €200,000 minn fondi tar-riċerka
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Teknoloġija innovattiva li tkejjel is-sinjali vitali b’modi mhux invażivi, b’investiment ta’ €200,000 minn fondi tar-riċerka
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Teknoloġija innovattiva li tkejjel is-sinjali vitali b’modi mhux invażivi, b’investiment ta’ €200,000 minn fondi tar-riċerka
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Teknoloġija innovattiva li tkejjel is-sinjali vitali b’modi mhux invażivi, b’investiment ta’ €200,000 minn fondi tar-riċerka
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow