Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Kull diskussjoni dwar il-preżent u l-ġejjieni tal-Ewropa, bħala d-dar komuni tagħna, teħtieġ li ssir f’din id-dimensjoni demokratika u b’għarfien sħiħ tar-rispett tad-drittijiet u libertajiet fundamentali tal-bniedem

pr220115
Date Icon 27/01/2022

Dalgħodu, l-Ispeaker Anġlu Farrugia indirizza lid-delegati Ewropej li qed jattendu konferenza organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Birgu bit-tema “Il-Futur tal-Unjoni Ewropea u ż-Żgħażagħ."

L-Ispeaker fakkar li l-Ewropa qed tiddedika s-sena 2022, liż-Żgħażagħ Ewropej; Ewropa li qed tħares lejn iż-żgħażagħ tagħha biex juru l-fehmiet tagħhom dwar il-preżent u l-ġejjieni tal-Proġett Ewropew, dwar l-istituzzjonijiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea u kemm huma effettivi u effiċjenti.

Fid-diskors tiegħu spjega kif l-Unjoni Ewropea tal-lum, żviluppat minn għadd ta' komunitajiet li ġabru flimkien pajjiżi li għaddew minn esperjenzi koroh ta' gwerrer, tiġrib, tifrik u mwiet, li ftehmu sabiex jaħdmu flimkien, ikkoperaw u għenu lil xulxin għal ġid tal-popli tagħhom, anzi, tal-poplu Ewropew. Huwa fakkar ukoll dwar kif  fil-passat tkellmu u għadhom qed jitkellmu dwar interessi komuni u kif jistgħu jtejbu l-għixien tal-popli Ewropej. Fakkar ukoll kif minn 6 pajjiżi, illum ninsabu 27 pajjiż, u hemm diversi oħra li jixtiequ jissieħbu fl-Unjoni Ewropea filwaqt li rrifera għal Brexitli wriet li mhux kollox kien miexi kif kien mixtieq. Hu staqsa, x'inhuma d-diffikultajiet u l-isfidi li għandha l-Ewropa llum, u kif ser nilqgħu għal dawn l-isfidi kbar u żgħar, u kif ser indawruhom flimkien f'opportunitajiet ġodda ta' żvilupp uman u soċjali ta' ġid kemm għalina Ewropej u tant popli oħra?

“Kull diskussjoni dwar il-preżent u l-ġejjieni tal-Ewropa, bħala d-dar komuni tagħna, teħtieġ li ssir f'din id-dimensjoni demokratika u b'għarfien sħiħ tar-rispett tad-drittijiet u libertajiet fundamentali tal-bniedem",temm id-diskors tiegħu l-Ispeaker Anġlu Farrugia.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Kull diskussjoni dwar il-preżent u l-ġejjieni tal-Ewropa, bħala d-dar komuni tagħna, teħtieġ li ssir f’din id-dimensjoni demokratika u b’għarfien sħiħ tar-rispett tad-drittijiet u libertajiet fundamentali tal-bniedem
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Kull diskussjoni dwar il-preżent u l-ġejjieni tal-Ewropa, bħala d-dar komuni tagħna, teħtieġ li ssir f’din id-dimensjoni demokratika u b’għarfien sħiħ tar-rispett tad-drittijiet u libertajiet fundamentali tal-bniedem
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Kull diskussjoni dwar il-preżent u l-ġejjieni tal-Ewropa, bħala d-dar komuni tagħna, teħtieġ li ssir f’din id-dimensjoni demokratika u b’għarfien sħiħ tar-rispett tad-drittijiet u libertajiet fundamentali tal-bniedem
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow