Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANI U L-ANZJANITÀ ATTIVA Il-Gvern jalloka €2.75 miljun għall-iskema Home Helper of Your Choice

pr220110
Date Icon 27/01/2022

Fil-Baġit għal din is-sena, il-Gvern alloka €2.75 miljun għall-iskema Home Helper of Your Choice, żieda ta’ €250,000 fuq is-sena li għaddiet.

Il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia qal dan f’konferenza tal-aħbarijiet li matulha spjega li sal-aħħar tas-sena 2021, min kien qed jieħu s-servizz taħt din l-iskema kien jirċievi sussidju ta’ €5.50 għal kull siegħa. Permezz ta’ żieda fl-allokazzjoni ta’ fondi, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2022, dan is-sussidju żdied għal €7.00 kull siegħa.

B’din l-iskema, il-klijenti li għandhom is-servizz tal-Għajnuna fid-Dar approvat, jistgħu jsibu helper privata tal-għażla tagħhom fil-ħin u l-ġurnata konvenjenti għalihom. Din hija skema ta’ sussidju mnedija f’Jannar tal-2020 mid-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. 

Fil-preżent hemm 53 residenza b’total ta’ 85 persuna li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, total ta’ 114 il-siegħa fil-ġimgħa bi spiża ta’ €798 fil-ġimgħa, li jammontaw għal €41,496 fis-sena.  

Il-Ministru Michael Farrugia qal ukoll li min jagħżel li jieħu din l-iskema, ikun eżentat milli jħallas il-kontribuzzjoni li bħalissa tiġi mnaqqsa mill-pensjoni tal-benefiċċjarji ta’ dan is-servizz.

Huwa qal li dan il-Baġit se jkompli jibni fuq id-diversi inizjattivi li ddaħħlu fl-aħħar tmien snin. Fakkar li matul il-Baġit għal din is-sena, il-gvern alloka wkoll €3.5 miljun għall-iskema Carer at Home, skema li, permezz tagħha, anzjani jingħataw għajnuna finanzjarja biex jimpjegaw carers kwalifikati tal-għazla tagħhom biex jgħinuhom fil-bżonnijiet tagħhom fid-dar privata; dan bla ma jitilfu d-dritt li jibbenefikaw minn servizzi addizzjonali offruti mid-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. 

Dwar l-iskema Home Helper of Your Choice, il-Ministru Michael Farrugia qal li din tista’ tkun persuna ta’ fiduċja, xi ħadd familjari, jew persuna professjonali li toffri servizz ta’ tindif fid-djar.  Il-helper ma tistax tkun persuna li tgħix fl-istess residenza u trid tkun irreġistrata skont il-liġi ta’ Malta. Il-klijenti jistgħu wkoll iqabbdu kumpanija privata tat-tindif biex tipprovdi l-helper. 

Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jċempel l-uffiċċju tas-servizz Għajnuna fid-Dar fuq 22788317 jew 22788435/6/7.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANI U L-ANZJANITÀ ATTIVA Il-Gvern jalloka €2.75 miljun għall-iskema Home Helper of Your Choice
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANI U L-ANZJANITÀ ATTIVA Il-Gvern jalloka €2.75 miljun għall-iskema Home Helper of Your Choice
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow