Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-GOVERNANZA Direttur ġdid għall-Uffiċċju tal-Irkupru tal-Assi

pr220100
Date Icon 25/01/2022

Is-Sur Anthony Sevasta ser jinħatar Direttur għall-Uffiċċju tal-Irkupru tal-Assi, li għandu jkun l-uffiċjal Kap Eżekuttiv ta' dan l-Uffiċċju. Din il-ħatra seħħet wara li skont l-liġi saret konsultazzjoni mal-Bord tal-Irkupru tal-Assi u dan qabel b'mod unanimu ma' din in-nomina tal-ħatra. Huwa serva bħala Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Identity Maltagħal dawn l-aħħar erba' snin. Fl-erba' snin preċedenti serva fl-istess entità bħala Uffiċjal Kap fid-Dipartiment tat-Teknoloġija Informatika u Komunikazzjoni. Fil-karriera tiegħu serva f'diversi irwoli oħra f'entitajiet u istituzzjonijiet varji. Huwa gradwat b' Masters fil-Business Information Technology.

Il-Ministeru jħabbar li s-sur Anthony Sevasta ser jidħol fil-kariga ta' direttur b'effett immedjat. Huwa ser ikun qiegħed jissostitwixxi lil Dr Kenneth Camilleri li għal dawn l-aħħar xhur serva bħala Aġent Direttur ta' dan l-uffiċċju. Il-Ministru Zammit Lewis jirringrazzja lil Dr Camilleri għas-servizz tiegħu, filwaqt li jawgura s-sur Anthony Sevasta għal din il-kariga ġdida.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-GOVERNANZA Direttur ġdid għall-Uffiċċju tal-Irkupru tal-Assi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow