Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI: Il-Victim Support Agency ssaħħaħ is-servizzi tagħha fil-qalba tal-komunità

pr220093
Date Icon 24/01/2022

Jibda jopera l-ewwel Victim Support Centre f'Malta b'uffiċċju reġjonali fin-nofsinhar tal-pajjiż. L-uffiċċju fetaħ il-bibien tiegħu wara li f'Novembru li għadda l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri ħabbar kif il-Victim Support Agency se tiftaħ uffiċini fil-qalba tal-komunità, inkluż Għawdex, bl-għan li jintlaħqu aktar persuni.

Fi żjara fl-uffiċċju ġewwa Santa Luċija, il-Ministru Camilleri tkellem mal-ħaddiema tal-aġenzija li qed jipprovdu servizz lill-vittmi ta' xi forma jew oħra ta' kriminalità. Huwa spjega kif meta twaqqfet l-aġenzija s-sena li għaddiet, mhux biss kienet implimentata b'mod sħiħ miżura oħra tal-manifest, iżda kien sostnut l-impenn tal-gvern favur il-vittmi tal-kriminalità. “Sodisfatt li f'perjodu ta' ftit ġimgħat, iċ-ċentru ta' Santa Luċija beda jilqa' fih nies li għandhom bżonn l-għajnuna u għaldaqstant diġà ngħataw assistenza aktar minn għoxrin persuna differenti. Dan juri biċ-ċar kemm hemm ħtieġa għal dawn is-servizzi," qal il-Ministru Camilleri.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija s-Sur Brian Farrugia spjega kif permezz ta' dawn iċ-ċentri, il-Victim Support Agency qed tkompli żżid l-għarfien dwar id-drittijiet tal-vittmi tal-kriminalità. Is-Sur Farrugia saħaq kif kull servizz jingħata bla ħlas, filwaqt li professjonisti fi ħdan l-aġenzija joffru assistenza psiko-soċjali kif ukoll gwida legali skond il-każ partikolari. Huwa sostna li l-kunsilli lokali se jkollhom rwol importanti biex jgħinu lill-aġenzija torganizza community outreach programmes sabiex l-aġenzija tkun eqreb tal-komunitajiet.

L-ewwel uffiċċju f'Santa Luċija qiegħed jaqdi l-ħtiġijiet tan-naħa t'isfel tal-pajjiż, filwaqt li bħalissa għaddejjin negozjati sabiex jiġi identifikat sit fin-naħa ta' fuq u anke f'Għawdex. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI: Il-Victim Support Agency ssaħħaħ is-servizzi tagħha fil-qalba tal-komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI: Il-Victim Support Agency ssaħħaħ is-servizzi tagħha fil-qalba tal-komunità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

More Press Releases Right arrow