Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Titlesta Triq it-Torri ta’ Kenuna wara li nbniet mill-ġdid flimkien mal-Belvedere fin-Nadur

PR220085
Date Icon 23/01/2022

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri żar Triq it-Torri ta' Kenuna ġewwa n-Nadur li tlestiet ftit tal-ġimgħat ilu wara li nbniet mill-qiegħ, kif ukoll il-Belvedere ġdid b'veduti mill-isbaħ fuq il-fliegu tal-Gżejjer Maltin.

Il-Ministru Camilleri qal li, “waqt li nbniet it-triq saret bażi għall-bankina ġdida fejn tkabbar il-Belvedere. Twaħħal madum ġdid u l-bankina baqgħet tielgħa mill-Belvedere sat-Torri ta' Sopu. Barra minn hekk, twaħħlu bollards ġodda tad-dawl u saret sistema ġdida tad-dawl u twaħħlu bankijiet ġodda."

Ix-xogħol sar b'finanzjament mill-Ministeru għal Għawdex b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tan-Nadur. Fil-fatt, preżenti kien hemm is-Sindku tan-Nadur Edward Said flimkien mal-kunsilliera li rringrazzjaw lill-ministru tax-xogħol li qed isir f'dan ir-raħal f'dak li għandu x'jaqsam ma' proġetti ta' bini ta' toroq arterjali u residenzjali.

Il-Ministru Camilleri fakkar li fil-Baġit għas-sena 2022 ġew allokati €11-il miljun għall-kostruzzjoni u t-titjib tat-toroq – investiment bla preċedent fil-gżira Għawdxija li jikkonferma bil-fatti l-impenn tal-ministeru u tal-gvern li jibqgħu jiġu mmodernizzati t-toroq f'Għawdex. Huwa stqarr li fis-sena fis-sena 2020, tlestew kważi 42,000 metru kwadru ta' toroq ġodda filwaqt li fl-2021, is-sena li għadha kif intemmet, tlestew madwar 68,000 metru kwadru ta' toroq ġodda.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri temm billi qal li din is-sena se jkomplu jiġu mwettqa aktar wegħdi ta' toroq aħjar u se jitkompla x-xogħol bl-istess ritmu madwar l-irħula kollha ta' Għawdex.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Titlesta Triq it-Torri ta’ Kenuna wara li nbniet mill-ġdid flimkien mal-Belvedere fin-Nadur
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Titlesta Triq it-Torri ta’ Kenuna wara li nbniet mill-ġdid flimkien mal-Belvedere fin-Nadur
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

More Press Releases Right arrow