Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTRU FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Ministru Carmelo Abela pparteċipa fis-sessjoni plenarja dwar il-Futur tal-Ewropa

pr220084
Date Icon 23/01/2022

Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela pparteċipa fit-tielet plenarja tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu, li saret bejn il-21 u t-22 ta' Jannar 2022.

Dawn il-laqgħat plenarji huma parti mill-proċess tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, li hija eżerċizzju ta' konsultazzjoni wiesa' maċ-ċittadini Ewropej, li bdiet f'Mejju tal-2021, u għandha tagħlaq sar-rebbiegħa tal-2022.

Il-Ministru Abela pparteċipa fil-grupp ta' ħidma dwar il-migrazzjoni, fejn enfasizza li Malta tagħti importanza partikolari lit-tisħiħ tad-djalogu u l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi dwar il-migrazzjoni. Huwa nnota li l-kwistjonijiet ekonomiċi ser jibqgħu fattur ewlieni għall-migrazzjoni. Il-Ministru stqarr li, “Sabiex inġibu bidla pożittiva, jeħtieġ li naħdmu flimkien mal-imsieħba tagħna, nipprovdu opportunitajiet ekonomiċi u ntejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien, mhux biss fl-UE, iżda aktar importanti f'pajjiżi terzi. Jeħtieġ li naħdmu flimkien fuq dan, u nżommu front magħqud."

Skont l-aġenda, “valuri u drittijiet, stat tad-dritt, sigurtà", il-Ministru Carmelo Abela spjega li r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati mill-membri tal-plenarja huma xhieda li l-UE mhijiex biss demokrazija vibranti, iżda waħda mibnija fuq valuri b'saħħithom.

Il-Ministru, fl-intervent tiegħu, laqa' r-rakkomandazzjoni li jiġu stabbiliti kriterji kontra d-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol u li jinħoloq qafas li jappoġġja l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, b'mod partikolari permezz ta' investiment f'faċilitajiet li jieħdu ħsieb it-tfal. Huwa spjega li Malta diġà qed tadotta din il-miżura permezz tal-għoti ta' servizzi għall-indukrar tat-tfal mingħajr ħlas, u li r-riżultati kienu pożittivi ħafna; kemm biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-forza tax-xogħol, kif ukoll biex jiġi żgurat bilanċ akbar u aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.

Ġew ippreżentati rakkomandazzjonijiet li ċ-ċittadini b'mod ċar jeħtieġu  strumenti aħjar għall-parteċipazzjoni fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-mezzi li permezz tagħhom ikunu jistgħu jindirizzaw it-tħassib u l-ilmenti tagħhom dwar il-benefiċċji u d-drittijiet relatati mal-UE. F'dan ir-rigward, il-Ministru Carmelo Abela rrefera għas-Servizzi Ewropej f'Malta (SEM), bħala aġenzija li tista' sservi ta' mudell, li kapaċi taħdem fl-Istati Membri kollha. Huwa spjega li l-irwol tas-SEM f'Malta, huwa li tibqa' żżomm liċ-ċittadini infurmati dwar x'inhu għaddej fl-UE, li tinvolvihom fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u li tisfrutta l-benefiċċji tas-sħubija fl-UE, b'mod partikolari billi tassisti lill-organizzazzjonijiet fl-isfruttar tal-opportunitajiet ta' finanzjament mill-UE.

Is-SEM organizzat 40 attività ta' diskussjoni f'Malta u Għawdex, għal firxa wiesgħa ta' nies, biex jagħtu l-ideat u s-suġġerimenti tagħhom dwar il-Futur tal-Ewropa. Il-Ministru Abela rrimarka li, “il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini hija tfakkira għalina l-politiċi, biex qatt ma nieqfu nisimgħu dak li għandhom xi jgħidu ċ-ċittadini, l-importanza tal-edukazzjoni demokratika, u li nżommu djalogu miftuħ maċ-ċittadini."

Fi tmiem id-diskors tiegħu lill-plenarja, il-Ministru Abela wera t-tama li dan huwa biss il-bidu ta' dan il-vjaġġ ta' djalogu soċjali miftuħ, u li jirriżulta f'Unjoni li verament tirrifletti l-aspirazzjonijiet taċ-ċittadini Ewropej kollha.

STQARRIJA MILL-MINISTRU FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Ministru Carmelo Abela pparteċipa fis-sessjoni plenarja dwar il-Futur tal-Ewropa
STQARRIJA MILL-MINISTRU FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Ministru Carmelo Abela pparteċipa fis-sessjoni plenarja dwar il-Futur tal-Ewropa
STQARRIJA MILL-MINISTRU FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Ministru Carmelo Abela pparteċipa fis-sessjoni plenarja dwar il-Futur tal-Ewropa
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

More Press Releases Right arrow