Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Il-Ministru Owen Bonnici jiltaqa’ mal-Bord tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis

pr220080
Date Icon 20/01/2022

Il-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici ltaqa' mal-Bord tal-Awtorità l-ġdida dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis.

Dan il-bord twaqqaf fl-10 ta' Jannar wara d-dħul fis-seħħ tal-Att dwar l-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis fil-jiem preċedenti.

Il-Ministru Bonnici rringrazzja liċ-Chairperson Eżekuttiva Mariella Dimech u lill-membri kollha ta' dan il-bord talli aċċettaw li jservu f'din ir-riforma daqstant importanti. Huwa qal li l-membri ġabu magħhom esperjenza vasta, diversa u awtorevoli li tispira fiduċja ta' serjetà fit-tħaddim ta' din il-liġi.  

Dr Bonnici kkonkluda li l-awtorità għandha tara li jitwettqu bl-aħjar mod l-obbligi kollha imposti fuqha u saħaq li huwa b'dan il-mod li jrid jinbena rispett wiesa' mis-soċjetà lejn din il-ħidma li se tagħmel differenza għall-aħjar fuq ħafna livelli.

L-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis għandha diversi funzjonijiet importanti, fosthom li taġixxi ta' regolatur għal kull assoċjazzjoni “non-profit" li l-attivitajiet tagħha jkunu jinvolvu l-kultivazzjoni u l-pussess tal-kannabis għat-tqassim fost il-membri tagħha, li jridu jkunu adulti.  

L-awtorità għandha wkoll l-obbligu li torganizza u tippromwovi kampanji edukattivi dwar l-użu responsabbli tal-kannabis imsejsa fuq fatti xjentifiċi filwaqt li tingħata informazzjoni ċara u imparzjali dwar ir-riskji u l-elementi l-oħra tal-użu tal-kannabis b'referenza għall-età u b'kontenut xieraq.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Il-Ministru Owen Bonnici jiltaqa’ mal-Bord tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Il-Ministru Owen Bonnici jiltaqa’ mal-Bord tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Il-Ministru Owen Bonnici jiltaqa’ mal-Bord tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Il-Ministru Owen Bonnici jiltaqa’ mal-Bord tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

More Press Releases Right arrow