Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru jingħaqad f’ċerimonja ta’ tifkira għall-President tal-Parlament Ewropew David Maria Sassoli fi Strasburgu

PR220058
Date Icon 17/01/2022

Il-Prim Ministru Robert Abela attenda għaċ-ċerimonja ta' tifkira għall-President tal-Parlament Ewropew David Maria Sassoli fi Strasburgu. Iċ-ċerimonja saret it-Tnejn 17 ta' Jannar, fil-bidu tas-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew.

F'kummenti lill-midja, il-Prim Ministru tenna li David Maria Sassoli kien pilastru tal-komunità Ewropea u li kien ta' unur li jaħdem fil-qrib tiegħu bħala President tal-Parlament Ewropew u fi ħdan il-familja tas-Soċjalisti u Demokratiċi.

“Huwa kien pijunier ta' ideali Ewropej b'qalb soċjalista u ħalla warajh legat fil-politika Ewropea li se nibqgħu ngħixuh u nesperjenzaw għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin," tenna l-Prim Ministru Robert Abela.

Huwa esprima l-kondoljanzi tiegħu lill-qraba u l-familjari ta' David Maria Sassoli.

Qabel iċ-ċerimonja, il-Prim Ministru Robert Abela kellu wkoll laqgħa mal-Aġent President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru jingħaqad f’ċerimonja ta’ tifkira għall-President tal-Parlament Ewropew David Maria Sassoli fi Strasburgu
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru jingħaqad f’ċerimonja ta’ tifkira għall-President tal-Parlament Ewropew David Maria Sassoli fi Strasburgu
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

More Press Releases Right arrow