Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Investiment ta’ €400,000 minn fondi għar-riċerka għal żewġ proġetti bil-għan li jgħinu fl-irkupru tal-għadam b’mod inqas invażiv għall-pazjent

PR220057
Date Icon 17/01/2022

Tim ta' inġiniera mill-Università ta' Malta u professjonisti mediċi mill-Isptar Mater Dei qed jaħdmu fuq scaffolds tal-għadam magħmulin apposta fuq bażi tal-metall, li jiddegradaw u jippermettu lill-għadam tal-pazjent jerġa' jikber. Dan il-proġett sar possibbli grazzi għal €200,000 f'fondi għar-riċerka mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija.

Il-Ministru għall-Ugwaljanza, Riċerka u Innovazzjoni Owen Bonnici żar il-laboratorji fl-Università ta' Malta fejn qed isir ix-xogħol relatat mal-impjant BioSA. Waqt l-attività, il-Ministru Bonnici ntwera l-impjant fiżiku tal-BioSA fi stadji differenti ta' produzzjoni, kif ukoll l-iscanning electron microscope, li kien operat live b'impjant BioSA ġo fih.

Matul iż-żjara tiegħu, il-Ministru Bonnici kellu wkoll l-opportunità jara l-impjant tal-MaltaHIP, l-ewwel sostituzzjoni totali tal-ġog tal-ġenbejn li qatt saret f'Malta, li tipprovdi reżistenza superjuri meta mqabbla ma' proteżi kummerċjali. MaltaHIP ukoll sar permezz ta' investiment ta' €200,000 minn fondi għar-riċerka.

F'intervent li għamel, il-Ministru Bonnici faħħar din il-kollaborazzjoni, li qed twassal għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet innovattivi li jistgħu verament itejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies, billi jipprovdu kura tas-saħħa aħjar u inqas invażiva.

“Huwa ta' sodisfazzjon kbir li naraw akkademiċi u professjonisti mediċi ta' kalibru bħal dan, jgħaqqdu flimkien l-isforzi tagħhom sabiex joħolqu soluzzjonijiet ġodda bħal dawn. Il-Gvern huwa kommess li jkompli jinvesti fir-riċerka, u jkompli jsaħħaħ l-impenn tiegħu lejn l-innovazzjoni billi jipprovdi dejjem aktar u opportunitajiet lir-riċerkaturi tagħna," qal il-Ministru Bonnici.

Biex jinħolqu dawn l-impjanti speċifiċi għall-pazjent, dan it-tim multidixxiplinarju, immexxi mill-inġinier tal-bijomaterjali Prof. Ing. Joseph Buhagiar, żewweġ flimkien il-medical imaging, stampar 3D, u powder metallurgy.

Prof Ing. Buhagiar spjega li dan il-proġett wassal għall-iżvilupp ta' impjant personalizzat għall-pazjent, imsejjaħ scaffold, li huwa metalliku u bijodegradabbli. L-iscaffolds huma strutturi ta' appoġġ poruż li jifilħu għall-piż u fl-istess ħin jippermettu lill-għadam jikber. Il-vantaġġ li jkollok scaffold bijodegradabbli jkun li m'hemm l-ebda bżonn għal operazzjoni sekondarja biex jitneħħa l-impjant. Dan għaliex l-impjant jiddegrada ġewwa l-ġisem iżda fl-istess ħin jiġi sostitwit bl-għadam stess tal-pazjent.

Il-proġetti BioSA (R&I-2017-037-T) u MaltaHip (R&I-2015-023-T) ġew iffinanzjati mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija permezz ta' Fusion: The R&I Technology Development Programme.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Investiment ta’ €400,000 minn fondi għar-riċerka għal żewġ proġetti bil-għan li jgħinu fl-irkupru tal-għadam b’mod inqas invażiv għall-pazjent
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Investiment ta’ €400,000 minn fondi għar-riċerka għal żewġ proġetti bil-għan li jgħinu fl-irkupru tal-għadam b’mod inqas invażiv għall-pazjent
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Investiment ta’ €400,000 minn fondi għar-riċerka għal żewġ proġetti bil-għan li jgħinu fl-irkupru tal-għadam b’mod inqas invażiv għall-pazjent
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

More Press Releases Right arrow