Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Finanzjament ta’ madwar €670,000 għal żvilupp u għal titjib fil-kundizzjonijiet tal-playing fields

pr220052
Date Icon 16/01/2022

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera ħabbar li 27 lokalità madwar Malta u Għawdex ibbenefikaw minn skema maħruġa mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali, b’finanzjament ta’ madwar €670,000, sabiex ikomplu jgħinu lill-kunsilli lokali jiżviluppaw u u jmantnu spazji miftuħa għar-rikreazzjoni fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom. 

Il-Ministru Herrera sostna li l-isport u r-rikreazzjoni huma fatturi importanti ferm biex jgħinu persuna tgħix kwalità ta’ ħajja aħjar. Qal li l-attivitajiet fiżiċi u rikreazzjonali fil-playing fields għandhom l-għan li joffru mumenti ta’ serħan, kemm fiżiku u mentali. Għaldaqstant, permezz tal-iskema, il-familji se jkunu jistgħu jissoċjalizzaw f’post sigur u aċċessibbli għal kulħadd.

Il-Ministru Herrera ħabbar li wara l-konkorrenza li kien hemm għal din l-iskema, il-ministeru qed jerġa’ joħroġ skema ta’ finanzjament oħra għall-kunsilli lokali kollha.

Id-Direttur Ġenerali għall-Gvern Lokali, Natalino Attard, semma li s-sena l-oħra kienet inħarġet l-iskema għall-kunsilli lokali biex jiżviluppaw u jtejbu l-playing fields fil-lokalitajiet tagħhom. “Wara li ġew evalwati l-applikazzjonijiet mibgħuta, kien hemm 27 kunsill lokali li kellhom l-applikazzjoni tagħhom milqugħa. Permezz ta’ din l-iskema, il-ministeru qed ikompli jkun ta’ appoġġ lill-kunsilli lokali sabiex itejbu l-ambjent u l-faċilitajiet pubbliċi fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom”.

Il-lokalitajiet li qed jibbenefikaw minn din l-iskema huma l-Belt Valletta, l-Isla, Bormla, Ħaż-Żabbar, iż-Żejtun, il-Kalkara, Ħal Qormi, il-Gudja, il-Ħamrun, is-Siġġiewi, il-Mellieħa, Ħ’Attard, Ħal Balzan, l-Iklin, Ħal Lija, l-Imsida, San Ġiljan, Santa Venera u tas-Sliema, f’Malta, filwaqt li fil-ġżira Għawdxija l-Fontana, Għajnsielem, l-Għarb, il-Munxar, in-Nadur, San Lawrenz, ix-Xagħra u x-Xewkija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

More Press Releases Right arrow