Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Inawgurat ix-xogħol li sar fil-Pjazza Annunzjata f’Tas-Sliema

pr220050
Date Icon 15/01/2022

Waqt żjara f'Tas-Sliema, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg inawgura x-xogħlijiet li saru mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fil-Pjazza Annunzjata b'investiment ta' madwar €300,000.

“Nemmnu bi sħiħ fl-importanza ta' dawn l-ispazji li huma l-qalba ta' kull belt u raħal u għaldaqstant tibqa' prijorità tagħna li ngħollu l-livell u l-kwalità ta' dawn l-ispazji. Bħalma għamilna u qed nagħmlu fi proġetti oħra ta' dan it-tip fosthom fl-Imqabba, il-Mellieħa u l-Birgu, hawnhekk rajna li nkomplu noffru aktar aċċessibbiltà meta tqis li dawn l-ispazji huma fejn il-komunità tiltaqa' ta' kuljum u huma l-punt ewlieni fejn isiru bosta attivitajiet komunitarji bħal festi", qal il-ministru.

Ix-xogħlijiet fil-pjazza saru wkoll bl-għan li jiġi organizzat aħjar il-parking eżistenti billi jiġu applikati standards kurrenti, kif joħorġu mil-linji gwida tal-Awtorità tal-Ippjanar, fejn jidħol ipparkjar ta' karozzi fi spazji miftuħa. Biex intlaħqu dawn l-istandards, kellu jinbidel il-mod kif jgħaddi t-traffiku minn din il-pjazza f'direzzjoni minn naħa waħda.

Ix-xogħlijiet li saru jinkudu l-qlugħ tal-asfalt mit-triq eżistenti, it-tqegħid ta' ground slab tal-konkos, pavimentar ġdid, it-tibdil tal-ispralli kollha tal-kantini, it-tqegħid ta' pajpijiet ġodda għas-servizzi ta' taħt l-art, it-tqegħid ta' numru ta' manhole covers, it-twaħħil ta' road markings ġodda, l-installar ta' lampi ġodda LED, it-tindif ta' xelter tat-Tieni Gwerra, u l-formazzjoni ta' żewġ aċċessi adegwati għalih.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Inawgurat ix-xogħol li sar fil-Pjazza Annunzjata f’Tas-Sliema
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Inawgurat ix-xogħol li sar fil-Pjazza Annunzjata f’Tas-Sliema
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Inawgurat ix-xogħol li sar fil-Pjazza Annunzjata f’Tas-Sliema
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

More Press Releases Right arrow