Left arrow Go Back

STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI Studenti minn 8 skejjel jipparteċipaw fi proġetti għall-konservazzjoni tal-ilma

pr220047
Date Icon 15/01/2022

Studenti minn 8 skejjel differenti qed jieħdu sehem fir-raba' edizzjoni tal-proġett LIFE, bil-għan li jinħolqu proġetti tal-konservazzjoni tal-ilma fl-iskejjel. Waqt attività li fiha l-istudenti ppreżentaw l-ideat tagħhom, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli spjegat kif qed jiġu allokati €10,000 biex l-istudenti jkunu jistgħu jwettqu l-proġett tagħhom.

Dawn il-proġetti huma possibbli permezz ta' inizjattivi mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma, li tul is-sena tkun għaddejja b'bosta attivitajiet għall-istudenti miċ-Ċentru Għajn. Dan iċ-ċentru joffri diversi logħob interattiv bil-għan li titqajjem kuxjenza u ssir promozzjoni fuq il-konservazzjoni tal-ilma u l-użu effiċjenti tal-enerġija.

Kumplimentari għal dan il-logħob interattiv, l-EWA ħarġet kotba oriġinali bil-Malti biex jiżdied l-għarfien fuq l-effiċjenza u s-sostenibbilità tar-riżorsi naturali.

Il-Ministru Miriam Dalli faħħret il-ħidma tal-EWA f'dan il-qasam, speċjalment għall-inizjattivi biex jintlaħqu studenti ta' kull età. “Li nżidu l-għarfien dwar l-użu effiċjenti tal-enerġija huwa importanti biex ġenerazzjonijiet futuri jitgħallmu jagħmlu għażliet konxji b'inqas impatt ambjentali," qalet il-Ministru Dalli.

L-għan tal-proġetti dwar il-konservazzjoni tal-ilma għal din is-sena skolastika hija dwar il-ħażna tal-ilma tax-xita.

Barra minn hekk, kien ippreżentat toolkit edukattiv ġdid, 'Green Home Explained', għall-istudenti tal-ħames u s-sitt sena. Permezz ta' dan it-toolkit għall-għalliema, l-istudenti jitgħallmu dwar l-enerġija effiċjenti u rinnovabbli u kif din taħdem.

“Huwa importanti li nikkonservaw ir-riżorsa tal-ilma li hija daqstant importanti għal pajjiżna. Għaldaqstant iridu nkomplu nipreservaw din ir-riżorsa mingħajr ma nħallu impatt fuq l-ambjent.  B'hekk permezz ta' dawn l-għodod ta' tagħlim inkunu qed inwasslu aktar il-messaġġ tagħna lejn futur sostenibbli," żiedet tgħid il-Ministru Miriam Dalli.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma Manuel Sapiano sostna dwar l-importanza taċ-ċentru GĦAJN u rrimarka kif bidliet żgħar għandhom jiġu mgħoddija lill-ġenerazzjonijiet iż-żgħar permezz ta' dan l-impenn edukattiv.

“L-għan taċ-ċentru GĦAJN huwa li nippromowvu l-konservazzjoni tal-ilma b'mod divertenti waqt li nagħtu importanza lill-azzjonijiet żgħar li kulħadd jista' jagħmel. Kulħadd għandu rwol importanti sabiex nagħmlu l-ħajjiet tagħna iktar sostenibbli," qal is-Sur Manuel Sapiano.

Għal din l-attività attendew studenti u għalliema mill-iskola Primarja San Ġorġ Preca Valletta u Floriana, Savio College, skola Primarja San Nikola Rabat, St. Edward's College, Naxxar Induction Hub, St. Paul's Missionary College Rabat u l-iskola Medja Santa Tereża Birkirkara.

STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI Studenti minn 8 skejjel jipparteċipaw fi proġetti għall-konservazzjoni tal-ilma
STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI Studenti minn 8 skejjel jipparteċipaw fi proġetti għall-konservazzjoni tal-ilma
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

More Press Releases Right arrow