Left arrow Go Back

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI

pr212267
Date Icon 27/12/2021

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li huwa potenzjalment ikkontaminat bl-Ethylene oxide.

Isem tal-prodott:

Xtra Hot flavoured instant noodles (Instant Pancit Canton Hot Chilli Xtra Big)

Ditta:Payless
Data tad-Durabbilità20/06/2023
Lott:000050236

L-Ethylene oxide huwa pestiċida li l-użu tiegħu fl-ikel mhuwiex awtorizzat fl-Unjoni Ewropeja, iżda hu awtorizzat f'pajjiżi barra l-UE.  Għalkhemm il-konsum tal-prodott mhux ta' riskju immedjat, hemm riskju ikbar jekk ikel differenti li jkun ikkontaminat b'din il-kimika jittiekel għal perjodu ta' żmien. Għaldaqstant, wieħed għandu jnaqqas kemm jista jkun il-konsum ta' prodotti li jkun fihom din il-kimika, anke jekk f'livell baxx. Din it-twissija qed tinħareġ ukoll wara li kien hemm qbil bejn l-Istati Membri hekk kif rappurtat fuq https://ec.europa.eu/food/system/files/2021-07/rasff_ethylene-oxide-incident_e410_crisis-coord_sum.pdf

Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

More Press Releases Right arrow