Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA ‘Report by the Auditor General on the Workings of Local Government 2020’

pr212190
Date Icon 07/12/2021

L-Awditur Ġenerali Charles Deguara llum ippreżenta lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia r-Rapport Annwali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) fuq il-ħidma tal-Gvern Lokali matul is-sena 2020.  

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika jirrikonoxxi li din is-sena ffaċċja ċerti sfidi, essenzjalment minħabba dewmien li kien hemm fis-sottomissjonijiet tal-audited financial statements. Din is-sitwazzjoni kienet f’xi każiijiet ikkawżata mill-azzjoni industrijali li ttieħdet mis-Segretarji Eżekuttivi aktar kmieni din is-sena; f’ħafna każijiet, dan wassal għall-waqfien tal-proċess tal-awditjar peress li informazzjoni relatata ma ġietx ipprovduta fil-ħin, li mbagħad kien diffiċli għall-awdituri li jerġgħu jiskedaw l-verifiki rispettivi. Dan irriżulta f’aktar dewmien. Fil-fatt, l-audited financial statements ta’ disa’ Kunsilli Lokali ma ġewx sottomessi lill-Awditur Ġenerali sat-tielet ġimgħa ta’ Novembru 2021, li kien l-aħħar taż-żmien li fih kellhom jagħmlu dan biex l-NAO jżomm mad-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-rapport.

Minkejja li  matul is-snin id-Diviżjoni tal-Gvern Lokali u partijiet ewlenin oħra investew diversi riżorsi biex itejbu l-governanza tajba fil-Kunsilli, iż-żieda kontinwa fin-numru ta’ nuqqasijiet identifikati matul il-proċess tal-awditjar tindika li dawn ftit li xejn ħadu azzjoni biex jindirizzaw din is-sitwazzjoni b’mod adegwat.

Lok għal titjib huwa evidenti f’ċerti oqsma speċifiċi, bħal fil-każ tal-monitoraġġ tal-assi fissi, akkwist ta’ servizzi u oġġetti, osservanza ta’ rappurtaġġ statutorju, kif ukoll iż-żamma tal-kotba tal-kontabilità. 

Ta’ tħassib huwa wkoll il-fatt li:

• l-Awditur ma setax jesprimi l opinjoni ta’ verifika tiegħu dwar il financial statements kif preżentati mill-Kunsilli Lokali tal-Kalkara u l-Belt Valletta, minħabba nuqqas ta’ rekords finanzjarji u dokumentazzjoni oħra;

• l-Audit Reports ta’ tlieta u erbgħin (43) Awtoritajiet Lokali oħra ġew kwalifikati b’ċerti kundizzjonijiet minħabba li ma kienx hemm evidenza suffiċjenti biex jiġu verifikati ċerti transazzjonijiet;

• għaxar (10) Kunsill Lokali kellhom Emphasis of Matter fl-audit report, li jindika li tali Kunsilli jista’ jkun li ma jlaħħqux mal-obbligi finanzjari tagħhom fil-futur qrib; 

• erbgħa u għoxrin (24) Kunsilli Lokali għalqu s-sena 2020 b’ defiċit jew b’riżervi negattivi; u

• għaxar (10) Kunsilli ma ssottomettewx ir-risposta tagħhom għall-Management Letter sad-data li tlesta dan ir-rapport.

Ir-rapport sħiħ jidher fis-sit elettroniku tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika : www.nao.gov.mt kif ukoll fuq il-paġna tal-Facebook – www.facebook.com/NAOMalta.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

More Press Releases Right arrow